Sports Internazzjonali
Isir il-Kampjonat tan-Nisa tal-Isport Bask

Fil-villaġġ ta’ Mungia sar il-Kampjonat tan-Nisa tal-Isport Bask (Herri-Kirolak). Il-ġenerazzjoni l-ġdida ta’ nisa qed jibdlu t-tradizzjonijiet u l-attitudnijiet fi sport li kien meqjus pjuttost maskili. F’dan il-kampjonat in-nisa Baski qed juru saħħa u stamina liema bħalha, meta tqis li ħafna minnhom ġejjin mill-ħidma fir-raba’.

Skont Karmele Gisasola, iċ-champion tal-istone-lifting, fir-raba’ kulħadd ikollu jaħdem. M’hemmx età jew ġeneru, iżda kulħadd irid jagħti daqqa t’id. Għaldaqstant, kampjonati simili jistgħu jsiru wkoll għan-nisa, għax huma wkoll għandhom ċertu saħħa bħalma għandhom l-irġiel.

Fil-Kampjonat tan-Nisa hemm b’kollox 18-il kategorija, fosthom irfigħ u ġbid ta’ ġebel kbir, qtugħ t’injam bil-mannara u s-serrieq fost sport ieħor.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA