Ċikliżmu
Isir it-tieni stadju ta’ Cape Epic bl-istess ċiklisti jerġgħu joħorġu rebbieħa

Fit-tieni stadju ta’ Cape Epic, il-koppji rġiel u nisa li rebħu l-ewwel stadju reġgħu kienu fl-aqwa tagħhom biex żiedu mas-suċċess.

Fil-kategorija tal-irġiel, Matt Beers tal-Afrika t’Isfel u l-Franċiż Jordan Sarrou lestew it-tellieqa f’ħin ta’ 3 sigħat, 56 minuta u 2 sekondi biex żammew il-flokk l-isfar. Il-koppja għandhom 2 minuti u 13-il sekonda vantaġġ fuq Martin Stosek u Andreas Seewald. Huma lestew it-tellieqa fuq distanza ta’ 98 kilometru fit-tieni post.

Fil-kategorija tan-nisa, Sina Frei u Laura Stigger ħadu t-tielet rebħa infila f’kompetizzjonijiet simili, u issa fetħu 7 minuti u nofs vantaġġ fuq l-eqreb rivali, Robyn De Groot u Ariane Luthi.

 

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA