Futbol internazzjonali
Isir mument kommemorattiv għal Diego Maradona fit-Tazza tad-Dinja tat-Tango

Mument kommemorattiv li sar it-Tlieta filgħaxija fit-Tazza tad-Dinja tat-Tango, fakkar lill-Arġentin Diego Armando Maradona.

It-Tazza tad-Dinja tat-Tango qed issir fi Buenos Aires, fl-Arġentina.

Il-mument tal-mużika u ż-żfien kien magħmul minn 20 artist u l-kantanta popolari Cucuza Castiello.

F’dan il-mument indaqqet diska apposta bl-isem, “Il-Gowl taċ-Ċentinarju”, fil-filmati ta’ wara li juru l-gowl li kien skurja Maradona fit-Tazza tad-Dinna tal-1986 kontra l-Ingilterra u diversi filmati oħra.

Miktub minn...
TVM Sport