Sparar
ISSF Tazza tad-Dinja: L-Amerikan Vincent Hancock jirbaħ il-Midalja tad-Deheb fil-kompetizzjoni skeet tal-irġiel

L-Amerikan Vincent Hancock rebaħ il-Midalja tad-Deheb fil-kompetizzjoni skeet tal-irġiel fl-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja tal-ISSF li qed issir f’Malta.

F’finali mill-isbaħ, Hancock irnexxielhu jirbaħ l-isfida tal-Eġizzjan Azmy Mehelba li rebaħ il-Midalja tal-Fidda u tat-Taljan Gabriele Rossetti li ħa l-Midalja tal-Bronż.

It-tliet tiraturi l-oħra li għamluha f’din il-finali kienu iż-żewġ Russi Jaroslav Starzev u Anton Astakov flimkien mal-Franċiż Erik Delaunnay.

L-ewwel Malti li spiċċa fl-ogħola pożizzjoni f’din il-kompetizzjoni fost il-ħames tiraturi Maltin kien Darren Vella li laqat 105 minn 125 plattina.

Il-Malti Bozidhar Dimitrov laqat 103 plattini minn 125. Segwew Marlon Attard, Jason Sciberras u Marcello Attard, rispettivament.

Għada l-Ħadd hi ġurnata fejn jibdew il-provi uffiċjali tal-kategorija trap.

It-Tnejn fit-8.00am, tidħol fl-azzjoni t-tirattriċi Mikaela Galea fil-kwalifikazzjoni tat-trap tan-nisa. It-Tlieta jidħlu fl-azzjoni l-ħames tiraturi Maltin fit-trap li huma William Chetcuti, Brian Galea, Mario Buhagiar, Żaren Attard u Gianluca Chetcuti.

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
Sparar

Sparar: Mario Buhagiar rebaħ l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-All Malta Presidents Cup organizzata mill-Federazzjoni Maltija tal-Isparar. Il-Kompetizzjoni kienet fuq 125 plattina bit-tiraturi jisparaw fuq 75 plattina s-Sibt u 50 oħra…

Sparar

Sparar: Diversi tiraturi Maltin ħadu sehem fil-kampjonati ewropej tal-isparar li saru fix-Shooting Park ta’ Leoberdorf fl-Awstrija. Mikaela Galea li ħadet sehem fit-trap tan-nisa fil-kwalifikazzjoni laqtet total ta’ 96 plattina minn…

Sparar

Sparar: It-Tiratur Angelo Ciappara rebaħ il-midalja tad-deheb fil-kompetizzjoni Para Trap fil-kompetizzjoni Fatima Bint Mubarak Emirates Green Cup f’Todi l-Italja. Ciappara laqat total ta’ 103 minn 125 plattina. Din kienet l-ewwel…

Sparar

It-tiratriċi Maltija Eleonor Bezzina spiċċat fis-7 post fil-finali tal-Logħob tal-Mediterran. Fit-10M Air Pistol, Bezzina kwalifikat għall-finali bi skor ta’ 560. Fil-finali kienet l-Eġizzjana Anna Korakki li ħarġet rebbieħa u rebħet…

Aktar