Sports Internazzjonali
Issir iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Olimpjadi tax-Xitwa taż-Żgħażagħ

Il-Ħamis filgħaxija saret iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Olimpjadi tax-Xitwa taż-Żgħażagħ li qegħdin isiru fil-Vaudiose Arena fl-Iżvizzera. B’kollox qegħdin jieħdu sehem 79 pajjiż, bl-atleta Olimpiku Usian Bolt awgura lill-atleti kollha qabel jibda l-logħob. Ħafna mid-dixxiplini ser isiru f’Lausanne, filwaqt li d-dixxiplini bħalma huma l-iskiing ser isiru fil-villaġġ ta’ St Mortiz. L-Iżvizzera Gian Zehnder t’14-il sena xegħlet it-torċa olimpika, u ser tkun qiegħda tirrappreżenta lil pajjiżha fiż-żfin fuq is-silġ.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Formula Wieħed, il-Finlandiż Kimi Raikkonen bil-karozza Alfa Romeo C39 fuq quddiem bl-aħjar ħin fit-tieni jum ta’ testijiet ta’ qabel l-istaġun f’Barcelona bl-aktar dawra veloċi f’minuta, sbatax punt żero disgħa wieħed…

Formula 1

Il-kostrutturi Williams nhedew il-karozza l-ġdida tagħhom hekk kif l-ex champions tad-dinja se jkunu qed jippruvaw jagħmlu qabża fil-kwalità wara l-aħħar staġun fallimentari li kellhom li fih spiċċaw fl-aħħar post. It-tim…

Olimpijadi TOKYO 2020

‘United by Emotion’ hu l-motto il-ġdid tal-Olimpjadi u l-Paraolimpjadi għal Tokjo 2020. Dan il-motto ġie żvelat f’ċerimonja li saret dalgħodu. L-għan tal-organizzaturi hu dak li jippruvaw iwasslu messaġġ ta’ diversità…

Formula 1

Il-Ferrari żvelaw il-karozza l-ġdida tagħhom għall-istaġun li ġej bl-isem ta’ SF 1000. Iċ-ċermonja saret fit-Teatro Valli, f’Reggio Emilia u bdiet b’diskors minn Louis Camilleri, Kap Eżekuttiv tal-Ferrari. Il-Ferrari se jkunu…

Aktar