Sparar
Issir il-25 edizzjoni tal-isparatura annwali organizzata mill-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba u Konservazzjonisti

Ilbieraħ saret il-25 edizzjoni tal-isparatura annwali li tiġi organizzata kull sena mill-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba u Konservazzjonisti.

Din is-sena ipparteċipaw 23 tim minn daqstant għaqdiet u kumitati li huma affiljati mal-FKNK u li jiġu minn diversi lokalitajiet u organiżazzjonijiet minn madwar Malta u Għawdex għal total ta’ 138 tiratur.

Apparti l-kompetizzjonijiet tat-timijiet fuq id-dixxiplina Dritta fuq 50 plattina u tal-individuals, din is-sena reġgħu saru wkoll kompetizzjonijiet għat-tiraturi juniors ta’ taħt il-25 sena, u tal-veterani għall-persuni ‘l-fuq minn 55 sena u l-kompetizzjoni tan-nisa.

L-Onorevoli Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat, Dr Clifton Grima, kien preżenti u qassam il-premijiet lir-rebbieħa kollha.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra

Fl-edizzjoni ta’ din is-sena tat-Tazza Indipendenza kienu James Galea Jr u Samuel Grech li rebħu l-unuri prinċipali fit-Trap u d-Dritta rispettivament. Din l-edizzjoni tat-Tazza Indipendenza saret fix-Shooting Ranges Nazzjonali f’Ta’…

Fil-ħames sparatura Skeet tal-istaġun kien Marlon Attard li ħareġ bl-unuri meta fi tmiem il-ġimgħa saret il-kompetizzjoni fix-Shooting Ranges Nazzjonali f’Ta’ Kandja. Marlon Attard laqat 114-il plattina minn 125, kif ukoll…

Sparar: Brian Galea rebaħ il-kompetizzjoni Trap Trophy TR3 li saret fil-Qormi Clay Shooting Club. Fuq il-podju ma’ Galea telgħu William Chetcuti li spiċċa fit-tinei post u James Galea Jr. li…

Clive Farrugia rebaħ ir-raba’ sparatura skeet tal-istaġun organizzata fuq jumejn mill-Federazzjoni Maltija tal-Isparar fir-Ranges Nazzjonali. Farrugia laqat żewġ straights ta’ 25 plattina fil-kwalikazzjoni, għalkemm kellu wieħed imħassar skont ir-regolamenti tal-kompetizzjoni….

Aktar