Regatta
Issir il-BOV Autumn Regatta

Minkejja d-diffikultajiet li Covid-19 poġġa fil-biċċa l-kbira tal-avvenimenti sportivi, ir-Royal Malta Yacht Club rnexxila tospita b’ suċċess il-BOV Autumn Regatta li seħħet bejn it-13 u il-15 ta’ Novembru.

L-avveniment annwali, li s-soltu jsir f’Għawdex, kien iffokat madwar il-kosta tal-lvant ta’ Malta u mingħajr il-laqgħat soċjali normalment assoċjati ma’ dan l-avveniment.

Jarhead, taħt it-tmexxija tal-Kaptan Zach Zammit, iddomina it-tlielaq kollha biex l-ekwipaġġ baqgħu għaddejin mingħajr telfa.

Il-prestazzjoni tagħhom rathom jirbħu l-BOV Regatta Trophy għall-ewwel darba.

Miktub minn...
TVM Sport