Local Sports
Issir il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-MESA, konfermati l-karigi u membri ġodda co-opted

Il-Malta Employees Sports Association għall-ewwel darba fl-istorja tagħha żammet il-laqgha ġenerali annwali tagħha b’mod virtwali. Waqt il-laqgħa ġew konfermati l-kariga tal-uffċjali fosthom President Mark Marlow, Segretarju Mario Saliba, Teżorier Kevin Mifsud flimkien mal-membri Aldrin Cassar, Oliver Mallia, Carmel Formosa, Adrian Bonello u Edmond Abela, li kollha ġew konfermati għat-terminu li jmiss. Fl-istess waqt Catherine Dimech, Joanna Camilleri u Emanuel Agius ġew co-opted bħala membri ġodda.

Waqt id-diskors tiegħu, il-President Mark Marlow irrimarka li dawn l-aħħar xhur kienu kemxejn diffiċli bis-sitwazzjoni tal-imxija Covid-19. Wieħed mill-effetti negattivi ta’ din l-imxija kien il-postponiment tal-logħob prestiġjuż li l-assoċċazzjoni kellha tiehu sehem fihom tal-World Company Sport Games li kellhom isiru fil-Greċja dan ix-xahar. Dan l-avveniment issa ġie pospost għal-Ġunju 2021.
Il-President Mark Marlow temm jgħid li l-viżjoni tal-assoċċazzjoni hi waħda fejn kull ħaddiem ikun jista’ jsib il-ħin u l-opportunita’ li jipprattika xi sport jew xi attivita’ fiżika matul il-ġimgħa ta’ xogħol li wieħed ikollu. Din il-viżjoni tista’ biss tiġi implimenta grazzi dejjem għal għajnuna li l-assoċċazzjoni ssib mis-Segretarjat għall-isport u SportMalta.
Miktub minn...
TVM Sport
.