Sport Lokali
Issir il-laqgħa mistennija bejn SportMalta u l-Awtoritjiet tas-Saħħa, l-MFA ukoll f’laqgħa oħra dalgħodu

Wara ftit iktar minn seba’ ġimgħat minn meta ingħalqu l-faċilitajiet sportivi, dalgħodu saret laqgħa uffiċjali bejn l-Awtoritajiet tas-Saħħa u SportMalta.

Fil-laqgħa ġew diskussi l-aħħar żviluppi fil-pajjiż fosthom is-sitwazzjoni attwali fejn l-attivita’ sportiva mhiex permessibbli fi gruppi u l-faċilitajiet sportivi għadhom ma’ jistgħux jiftħu. Minn informazzjoni miksuba minn TVM Sport fil-laqgħa kienet diskussa l-klassifikazzjoni ta’ riskji ta’ diversi Sport f’każ li jiġu rilaxxati xi miżuri fosthom isemmew id-differenzi bejn ‘contact u non contact Sport’, Sport li jiġi prattikat bilfors ġewwa u ‘Sport Outdoor’ fejn saret ukoll analżi tar-riskji li kull Sport iġorr miegħu.

Fil-laqħa kienu preżenti s-Supretendent tas-Saħħa Charmaine Gauci, l-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne li ddiskutew it-triq ‘il quddiem mas-Segretarju Parlamentari għall-Isport Clifton Grima, l-Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta Mark Cutajar, flimkien ma’ Jeremy Dalli u Chris Bonett konsulenti fi ħdan is-Segretarjat tal-Isport fost oħrajn.

Intant fi tmiem din il-laqgħa l-Professur Gauci u l-Ministru Fearne iltaqgħu wkoll mal-MFA li kienu rapreżentati mill-President Bjorn Vassallo u s-Segretarju Ġenerali Angelo Chetcuti. F’din il-laqgħa ġie diskuss il-protokoll medku li ppreżentat l-MFA u ġie spjegat li d-deċiżjoni finali jekk jitkompliex jew le l-kampjonat Premier nhar it-Tnejn 18 ta’ Mejju.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.