Sparar
Issir is-26 edizzjoni tal-isparatura għall-plattini organizzata mill-FKNK

It-Tim Żebbuġ – A rebaħ is-26 edizzjoni tal-isparatura għall-plattini tat-timijiet organizzata mill-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK). Din l-isparatura saret bil-kollaborazzjoni ta’ SportMalta u l-MSSF.

Din is-sena pparteċipaw 23 tim, b’total ta’ 138 tiratur mill-għaqdiet u kumitati affiljati mal-FKNK. Il-kompetizzjonijiet tat-timijiet kienu fuq id-dixxiplina Dritta fuq 50 plattina, kif ukoll individwali, filwaqt li saru l-kompetizzjonijiet għat-tiraturi juniors U25 u l-veterani +55 sena.

Ir-riżultati miksuba kienu dawn:

Timijiet

1st:  Ħaż-Żebbuġ – A
2nd: Ir-Rabat
3rd: Executive 1

 

Individwali

1st: James Vassallo
2nd: Dean Cauchi
3rd: Saviour Borg

 

Juniors U25

1st: Jake Azzopardi
2nd: Samuel Farrugia
3rd: Timothy Camilleri

 

Veterani +55 Sena

1st: Carmel Mangion
2nd: Victor Micallef
3rd: Charles Dingli

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA