Sports Internazzjonali
Issir is-66 edizzjoni tan-Nehru Trophy Boat Race fl-Indja

Dgħajjes forma ta’ sriep tradizzjonali fl-Indja, serqu x-xena fis-66 edizzjonin tan-Nehru Trophy Boat Race li saret il-Ħadd li għadda, f’Kerala. F’din it-tellieqa, ġod-dgħajjes twal sa 35 metru, ikun hemm madwar 100 qaddief f’kull dgħajsa, f’tellieqa li tiġbed numru kbir ta’ nies u tqajjem interess liema bħalu. Fix-xmara ta’ Punnamada, madwar tmenin dgħajsa kkompetew f’din it-tellieqa, bit-tim tal-Pallathuruthy Boat Club joħorġu rebbieħa fuq id-dgħajsa Payippadan.

Din it-tellieqa tmur lura sas-sena 1952, imma tlielaq b’dgħajjes forma ta’ sriep imorru lura sas-seklu 13 fl-Indja. It-tellieqa suppost kellha ssir f’Awwissu, imma minħabba maltemp qawwi u għargħar kellha tiġi posposta għall-Ħadd li għadda.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Sports Internazzjonali

In-tennista numru wieħed tad-dinja Naomi Osaka sfat mgħeluba mill-Franċiża Kristina Mladenovic fl-ewwel logħba tagħha fid-Dubai Duty Free Tennis Championships. Friska mir-rebħa fl-Open tal-Awstralja x-xahar li għadda, Osaka tilfet bil-punteġġ ta’…

Sports Internazzjonali

It-tennist numru wieħed Novak Djokovic u l-ġinnasta Amerikana Simone Biles kienu onorati bl-unur tal-isportivi tas-sena fis-serata tal-Laureus Awards. Għal Djokovic dan kien unur mistħoqq wara li sena ilu kellu jiġi…

Formula 1

“Meta tiġi iftħilha l-bieb,” jgħid il-qawl Malti u t-tim tal-Williams żgur li diġa’ qegħdin iħossu pressjoni kbira meta l-istaġun tal-Formula 1 fadallu inqas minn xahar sabiex jibda. Wara sena diżastruża…

Motorsport

L-Estonjan Ott Tanak rebaħ ir-Rally tal-Iżvezja fuq il-karozza Toyota biex issa mar fuq quddiem fil-Kampjonat Dinji tar-Rally għall-ewwel darba fil-karriera tiegħu. Il-Finlandiż Esapekka Lappi spiċċa t-tieni fuq il-karozza Citroen, filwaqt…

Aktar