Pool
Issir is-serata tal-Awards tal-Malta Eight Ball Federation

Malta Eight Ball Federation MEBF Awards: Għas-seba’ sena konsekuttiva, il-Malta Eight Ball Federation organizzat l-MEBF Awards fejn il-Federazzjoni ppremjat lill-individwi u klabbs li rebħu l-unuri ta’ dan l-istagun. Il-fuq minn mitt persuna kienu preżenti għal din is-serata fejn fost ir-rebbieħa kien hemm Juventus Club A u B li rebħu l-kampjonati ta’ tielet u l-ewwel divizjoni, Duke of Connaught’s Own Band Club Birkirkara rebbieħa tal-kampjonat tat-tieni divizjoni u Breakwater Bar Valletta rebbieħa tad-double l-kbira tal-kampjonat Premier u Super Cup.

Il-Federazzjoni, li qassmet mhux anqas minn 150 trofew, awgurat lir-rebbieħa kollha ta’ dan l-istaġun u rrikonoxxiet ukoll lil dawk il-membri li taw kontribut speċjali sabiex is-suċċess tal-Federazzjoni Maltija tal-Blackball ikompli.

Il-Malta Eight Ball Federation tagħti bidu għall-istaġun 2019/2020 nhar it-Tnejn li ġej, bil-Laqgħa Ġenerali Annwali li se ssir ġewwa l-Juventus Club ta’ Birkirkara fis-7pm.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Pool

Pool: Tazza tad-Dinja tad-Doubles tan-9 Ball. Il-koppja Maltija Tony Drago u Clayton Castaldi sfaw eliminati fl-ewwel round mit-team tar-Renju Unit A Chris Melling u Jason Shaw bl-iskor ta’ 7-5. Drago…

Pool

It-timijiet Maltin tal-Pool, rappreżentanti tal-Malta Pool Association, komplew jiksbu aktar riżultati tajba fil-kampjonati mondjali li qedgħin issiru fi Blackpool, l-Ingilterra. It-tim Malti tal-irġiel kiseb żewġ rebħiet importanti fl-aħħar żewġ logħbiet…

Aktar