Atletika
Issir it-tellieqa annwali fuq il-magħrufa ‘Highway of Death’ fil-Bolivja

Saret it-tmien edizzjoni tal-Bolivian Skyrace, f’tellieqa iebsa ħafna għall-atleti fil-famuża ‘Highway of Death’ tal-Bolivja. Din hija waħda mill-aktar tlielaq ebsin għaliex l-atleti jridu jitilgħu għoli ta’ 2,100 metru ‘l fuq mil-livell tal-baħar f’distanza ta’ ftit aktar minn 28 kilometru. Fil-fatt, b’kollox l-atleti jilħqu għoli ta’ 3,200 metru ‘l fuq mil-livell tal-baħar, bl-irjiħat ġejjin mill-muntanji Amazon ikomplu jagħmluha diffiċli biex tikkompeti.

Il-‘Highway of Death’ kienet mibnija mill-priġunieri tal-Paragwaj lura għall-1932 waqt il-Gwerra Chaco, u spiċċat b’dan l-isem wara li kien hemm xejn inqas minn 300 inċident tat-traffiku li minnhom kienu fatali. Din il-highway inbniet bil-ġebel u tgħaddi minn żoni fejn anke hemm nixxiegħat tal-ilma. Illum din il-highway ingħalqet minħabba n-numru kbir ta’ mwiet li kien hemm fiha matul is-snin.

Fl-edizzjoni tal-Ħadd li għadda, ħadu sehem 137 atleta bejn nisa u rġiel, bil-qliegħ minn dan l-avveniment imur għall-inizjattivi soċjali fil-Bolivja.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Aktar