Futbol internazzjonali
It-tabiba li kienet assistiet lil Patrick Ekeng qabel mewtu tingħata 18-il- xahar ħabs sospiżi

It-tabiba ta’ emerġenza li assistiet lill-plejer nazzjonali tal-Kamerun Patrick Ekeng qabel mewtu, ingħatat 18-il xahar ħabs sospiżi minħabba negliġenza.

Fl-2016, il-plejer kien jilgħab fir-Rumanija ma’ Dinamo Bucharest u miet b’attakk tal-qalb fil-partita kontra Viitorul.

Hu kellu 26 sena.

Ix-xahar ta’ wara, Elena Duta, kienet akkużata mill-Prosekuturi li ma ppruvatx issalva l-ħajja ta’ Ekeng.

Minbarra s-sentenza ta’ ħabs sospiża, il-Ħamis li għadda, il-Qorti tar-Rumanija ordnata tħallas €200,000 f’danni u biex tagħmel 60 siegħa xogħol fil-komunità.

Ekeng kien waqgħa fil-pitch fis-70 minuta tal-partita f’partita li kienet qed tixxandar diretta fuq it-televiżjoni mal-pajjiż sħiħ.

Miktub minn...
TVM Sport