Local Sports
It-taħriġ tal-isport b’kuntatt ikompli mill-10 ta’ Mejju; il-kompetizzjonijiet sportivi wkoll iżda bla partitarji

Mit-Tnejn 10 ta’ Mejju, it-taħriġ tal-isport professjonali kollu f’pajjiżna jista’ jkompli.

Dan tħabbar mill-Prim Ministru Robert Abela, f’konferenza tal-aħbarijiet f’Kastilja li matulha ħabbar aktar tnaqqis ta’ miżuri restrittivi.

Il-Prim Ministru, flimkien mad-Deputu Prim Ministru Chris Fearne u l-Professur Charmaine Gauci, ħabbru li l-isport kollu fejn m’hemmx kuntatt jista’ jkompli kollu mingħajr spettaturi jsegwu.

L-isport kollu ta’ kuntatt jista’ jkompli bit-taħriġ mill-10 ta’ Mejju wkoll.

Fil-konferenza tal-lum, il-Gvern ħabbar il-pjan ta’ kif se jkomplu jitnaqqsu aktar miżuri, fosthom fl-isport.

L-isport kien waqaf kollu meta kienu tħabbru diversi ristrezzjonijiet fil-bidu tax-xahar li għadda biex jitnaqqas it-tixrid tal-COVID-19.

Miktub minn...
TVM Sport