Olimpijadi TOKYO 2020
It-Taljan Jacobs hu l-iktar atleta veloċi fid-Dinja hekk kif jirbaħ il-finali tal-100m. Żewġ midalji tad-deheb għat-taljani f’temp ta’ ftit minuti

L-Isprinter taljan Lamont Marcell Jacobs huwa uffiċjalment l-iktar persuna veloċi fid-Dinja, dan hekk kif hu rebaħ il-finali tal-lum tal-100m fl-Olimpjadi ta’ Tokyo 2020.

Jacobs għamel ħin ta’ 9.80 li kien ukoll l-aħjar ħin personali tiegħu u spiċċa rebaħ il-midalja tad-deheb. Fred Kerley tal-Istati Uniti spiċċa fit-tieni post filwaqt li Andre de Grasse tal-Kanada spiċċa fit-tielet post.

Ħames snin ilu l-finali tal-100m sprint tal-irġiel kien rebaħha Usian Bolt li min dakinhar irtira. L-Italja qatt ma kellhom atleta li kkwalifika fil-finali tal-100m

Mat-tmiem tal-finali tal-100m Jacobs sab jfraħ miegħu lil Gianmarco Tamberi l-atleta taljan l-ieħor li ftit minuti qabel kien għadu kif rebaħ il-midalja tad-deheb fil-high jump sabiex l-Italja rebħu żewġ medalji f’żewġ dixxiplini li mhux soltu jikkwalifikaw fuq il-podju fihom fl-Omilpjadi.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.