It-Taljani jirbħu faċilment lil San Marino f’logħba kkontrollata minn Trustin Farrugia Cann

F’lobgħa internazzjonali ta’ ħbiberija dominata mit-tim nazzjonali taljan, it-tim ta’ Roberto Mancini għelbu faċilment lit-tim ta’ San Marino. Il-logħba kienet irrefjata mill-Malti Trustin Farrugia Cann, assistit minn Luke Portelli u Edward Spiteri.

L-Iskor infetah wara 31 minuta permezz ta’ Federico Bernardeschi. It-Taljani kabbru l-iskor permezz tad-difensur ta’ Sassuolo Ferrari tlett minuti biss wara. Fit-tieni taqsima t-Taljani skorjaw ħames darbiet oħra. L-ewwel permezz ta’ Politano li għamilhom 3-0, b’ Andrea Belotti jagħmilhom erba’. Pessina kompla jkabbar il-vantaġġ għall-Azzurri. Finalment Politano u Pessina għaqdu d-doppjetta personali biex għamluhom 6-0 u 7-0 rispettivament.

Din il-logħba kienet parti mill-preparazzjoni għall-UEFA Euro 2020.

 

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.