Formula 1
It-taqtiegħa bejn Verstappen u Hamilton tkompli l-Ħadd li ġej

Lewis Hamilton u Max Verstappen jinsabu f’Texas, l-Istati Uniti, fejn nhar il-Ħadd li ġej jerġgħu jikkonfrontaw lil xulxin f’dik li qed titqies bħala tellieqa li tista’ tiddetermina fejn imur il-kampjonat. U filwaqt li fuq iċ-ċirkwit mhux darba jew tnejn Hamilton u Verstappen missew ma’ xulxin, mhux l-istess jista’ jingħad għal barra miċ-ċirkwit, fejn qed iżommu distanza notevoli bejniethom.

Fil-preżent, iċ-champions renjanti Lewis Hamilton jinsab 6 punti wara Max Verstappen fil-klassifika meta saru 16-il tellieqa minn kalendarju ta’ 22 waħda. F’dan l-istaġun Verstappen rebaħ sebat itlielaq kontra l-ħamsa li rebaħ Hamilton. Fuq iċ-ċirkwit t’Austin, il-Mercedes għandhom ħabta jmorru aħjar mill-avversarji Red Bull u fl-aħħar tmint itlielaq fuq dan iċ-ċirkwit, Hamilton ħareġ rebbieħ ħames darbiet.

Nhar il-Ħadd li ġej it-tellieqa tibda fid-21:00 (ħin ta’ Malta).

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA