Futbol internazzjonali
It-Tazza tad-Dinja 2022 ser tkun bi 32 tim

Id-deċiżjoni hija finali. L-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja 2022 ser tkun bi 32 tim. Id-deċiżjoni kienet komunikata mill-FIFA fejn intqal li wara konsultazzjoni wiesgħa u komprensiva, ġie konkluż li fiċ-ċirkostanzi preżenti, il-proposta tal-President Gianni Infantino, dik li jipparteċipaw 48 tim minflok 32, ma setgħetx isseħħ fl-edizzjoni li ġejja.

Il-FIFA riedet tieħu deċiżjoni finali sa Ġunju ta’ din is-sena, imma jidher li matul il-konsultazzjoni tfaċċaw problemi, mhux biss loġistiċi imma anke politiċi, li komplew jagħmluha impossibbli li fil-Qatar jieħdu sehem 16-il tim aktar minn edizzjonijiet passati. Minħabba li fil-preżent il-Qatar għandu diversi sanzjonijiet u relazzjonijiet bierda mal-pajjiżi ġirien, kienet prattikament impossibbli li jinstab pajjiż li seta’ jospita xi logħob tat-Tazza tad-Dinja. Barra minn hekk, kienet diffiċli ħafna għall-Qatar li jospita aktar logħob bl-infrastruttura ppjanata għall-edizzjoni li jmiss, u żgur kien ikun hemm bżonn t’aktar żmien biex isiru l-bidliet neċessarji sabiex ikunu akkomodati 48 tim.

Minħabba dawn ir-raġunijiet kollha, kien deċiż li l-idea tal-President Infantino ma tibqax tiġi kkunsidrata. Gianni Infantino kien diġa’ qiegħed jistenna deċiżjoni simili, tant li fil-Kunsill tal-FIFA ta’ Marzu li għadda kien qal li jekk l-idea tiegħu tiġi approvata kienet tkun aħbar mill-isbaħ, imma jekk ma tkunx kienet tkun aħbar sabiħa xorta waħda.

Dan ifisser li l-ewwel darba li f’edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja ser jieħdu sehem 48 tim, ser tkun fl-2026 meta tliet pajjiżi differenti ser jospitaw lit-timijiet u l-logħob rispettiv. L-Istati Uniti, il-Kanada u l-Messiku ser jospitaw l-edizzjoni ta’ 7 snin oħra u minħabba n-numru kbir ta’ stadiums u l-kobor tagħhom, mhux suppost li għandu jkun hemm problemi loġistiċi sabiex jiżdiedu t-timnijiet.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Is-segwaċi sportivi b’mod partikolari dawk dilettanti tal-futbol Taljan ammiraw mhux ftit il-preżenza tal-kowċ ta’ Bologna Sinisa Mihajlovic li kien qed imexxi lit-tim tiegħu, xahar u nofs wara li ħabbar li…

Futbol internazzjonali

Kampjonat Premier Ingliż 2019/20 Riżultati tal-Ħadd AFC Bournemouth 1 – 3 Manchester City Tottenham Hotspur 0 – 1 Newcastle United Wolverhampton Wanderers 1 – 1 Burnley

Futbol internazzjonali

Mis-Serie A l-bieraħ filgħaxija wara li Juventus rebħu 1-0 kontra Parma, aktar tard daħlu fl-azzjoni Fiorentina u Napoli rebħa hawn ta’ 4-3 għal Napoli. Il-Viola fil-vantaġġ minn penalty ta’ Erick…

Futbol internazzjonali

Bundesliga, fost il-logħbiet tal-bieraħ mit-tieni ġurnata tispikka r-rebħa ta’ 3-0 ta’ Bayern Munich barra minn darhom għand Shalke fil-VELTINS-Arena. Il-protagonista għal Bayern Munich f’dan il-konfront kien Robert Levandovski li skorja…

Aktar