Futbol internazzjonali
It-Tazza tad-Dinja tan-Nisa Franza 2019 fuq l-istazzjonijiet ta’ TVM
Il-partiti kollha diretti ma' TVMSport

TVMSport bi pjaċir jista’ jikkonferma li t-Tazza tad-Dinja tal-FIFA tan-Nisa: Franza 2019: se tixxandar esklussivament fuq l-istazzjonijiet ta’ Television Malta.

Dan huwa akkwist ieħor ta’ prestiġju għall-PBS u jkompli jżid mal-lista twila ta’ avvenimenti sportivi li jintwerew jew se jintwerew fuq TVM u TVM2: fosthom it-Tazza tad-Dinja tal-FIFA fil-Qatar 2022, il-UEFA Champions League, il-UEFA Europa League, il-partiti kollha home u away ta’ Malta fil-Kwalifikazzjonijiet Ewropej matul din is-sena, u l-fażi finali tal-UEFA Nations League f’Ġunju.

It-tmien edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja tan-Nisa se tintlagħab f’disa’ stadiums f’disat ibliet Franċiżi: Lyon, Pariġi, Nizza, Montpellier, Le Havre, Valenciennes, Grenobles, Rennes u Reims: bejn is-7 ta’ Ġunju u s-7 ta’ Lulju. 52 partita b’kollox li kollha se jintwerew diretti u esklussivament fuq l-istazzjonijiet ta’ TVM. Din hija l-ewwel darba li t-Tazza tad-Dinja tan-Nisa, li ssir kull erba’ snin, se tintlagħab fi Franza, u t-tielet darba fl-Ewropa. Iċ-champions renjanti l-Istati Uniti se jkunu qed jiddefendu t-titlu li rebħu fil-Kanada erba’ snin ilu.

It-timijijet finalisti huma erbgħa w għoxrin b’kollox, maqsuma f’sitt gruppi:

Grupp A: Franza, Korea t’Isfel, Norveġja, Niġerja
Grupp B: Ġermanja, Ċina, Spanja, Afrika t’Isfel
Grupp C: Awstralja, Italja, Brażil, Ġamajka
Grupp D: Ingilterra, Skozja, Arġentina, Ġappun
Grupp E: Kanada, Kamerun, New Zealand, Olanda
Grupp F: Stati Uniti, Tajlandja, Ċilì, Żvezja

Iċ-Ċilì, il-Ġamajka, l-Iskozja, u l-Afrika t’Isfel se jkunu qed jagħmlu d-debutt tagħhom fil-finali. L-Italja kkwalifikaw għall-ewwel darba mill-1999, u l-Arġentina qed jieħdu sehem għall-ewwel darba mill-2007. Il-Brażil, il-Ġermanja, il-Ġappun, in-Niġerja, in-Norveġja, l-Iżvezja u l-Istati Uniti qegħdin fil-finali għat-tmien darba u se jkunu qegħdin ikomplu t-tradizzjoni li kkalifikaw għal kull Tazza tad-Dinja tan-Nisa s’issa.

Jgħaddu għar-Round tas-16 ir-rebbieħa u r-runners-up ta’ kull grupp flimkien mal-aħjar erba’ timijiet fit-tielet post.

Il-partita inawgurali tas-7 ta’ Ġunju bejn Franza u l-Afrika t’Isfel se tintagħab fil-Parc des Princes ta’ Pariġi, bis-semifinali u l-finali skedati għall-Parc Olympique Lyonnais ta’ Lyon li jesa 58,000 spettatur.

 

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Wolves 1  Manchester United 1 Mill-Kampjonat Premier Ingliż, Wolves ħadu t-tieni draw minn daqstant logħbiet meta f’darhom ġew 1-1 ma’ Manchester United. Kienu r-Red Devils li marru fil-vantaġġ mas-27 minuta…

Futbol internazzjonali

Brescia ippreżentaw uffiċjalment lill-attakkant internazzjonali Taljan Mario Balotelli li se jkun qed jirritorna jilgħab fl-Italja wara nuqqas ta’ tliet snin. Fl-intervent tiegħu, il-plejer ta’ 29 sena qal li jinsab kalm…

Futbol internazzjonali

FUTBOL INTERNAZZJONALI Bayern Munich għadhom kemm akkwistaw b’self mingħand Barcelona lill-attakkant Brażiljan Philippe Coutinho. Hekk kif ġie ppreżentat lill-mezzi tax-xandir Ġermaniżi, Coutinho deher ferm ħerqan sabiex jibda din l-avventura ġdida….

Futbol internazzjonali

Il-kowċ ta’ Real Madrid Zinedine Zidane qal li Gareth Bale ser jibqa mal-Madrileni dan wara li huwa pproduċa wirja tajba sabiex Real għelbu lil Celta Vigo bl-iskor ta’ 3-1. Wara…

Aktar