Futbol internazzjonali
It-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani ser terġa’ ssir f’Jannar u Frar fl-2021

It-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani ser terġa’ ssir f’Jannar u Frar fl-edizzjoni li jmiss tal-2021. Dan tħabbar mill-Federazzjoni tal-Futbol tal-Kamerun li permezz ta’ Twitter ħabbru li t-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani ser issir bejn id-9 ta’ Jannar u s-6 ta’ Frar 2021. Jidher li kien il-pajjiż ospitu li talab li l-kompetizzjoni tintlagħab f’dawn ix-xahrejn minħabba l-klima tal-pajjiż.

Is-sena li għaddiet, it-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani kienet intlabet fl-Eġittu bejn Ġunju u Lulju, imma l-Federazzjoni tal-Futbol tal-Kamerun qalet li jekk il-logħob jintlagħab fis-sajf fil-Kamerun, tkun impossibbli għall-plejers li jilagħbu logħba sħiħa.

Diversi timijiet Ewropej diġa’ wrew id-diżapprovazzjoni tagħhom dwar din id-deċiżjoni minħabba li għandhom diversi plejers Afrikani fl-iskwadri rispettivi u li allura jħallu xahar sħiħ lill-klabbs biex jilagħbu fit-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

UEFA Europa League_logħbiet li bdew fid-9pm_l-ewwel legs fażi tat-32 APOEL Nicosia 0 – 3 Basel Rebħa komda f’Ċipru għal Basel 3-0 ma’ APOEL Nicosia, żvizzeri fil-vantaġġ mal-kwarta logħob minn Raoul…

Futbol internazzjonali

UEFA Europa League logħbiet tas-sebgħa mir-Round tat-tnejn u tletin Getafe 2-0 Ajax Getafe għelbu lil Ajax 2-0, goal tal-1-0 għall-ispanjoli minn Deyverson fis-sebgħa u tletin minuta, fil-ħin miżjud 2-0 skurjat…

Futbol internazzjonali

UEFA Champions League: Żewġ partiti oħra mill-ewwel leg tal-aħħar sittax tal-kompetizzjoni. Tottenham….0 Leipzig………..1 Rebħa importanti għal Leipzig li barra minn darhom għelbu lil Tottenham Hotspur f’Londra bi skor ta’ 1-0….

Futbol internazzjonali

Real Madrid jippreżentaw lill-midfielder Reinier Jesus, Brażiljan żagħżugħ ieħor ta’ 18-il sena, mingħand Flamengo. Reinier deher jemozzjona ruħu waqt il-konferenza tal-aħbarijiet fejn fiha ġie ppreżentat u rringrazzja lill-ġenituri tas-sagrifiċċji li…

Aktar