It-Team Nazzjonali Malti tar-Rugby maqbud f’Palermo

RAPPRORT SANDRO MICALLEF

It-Team Nazzjonali Malti tar-Rugby Union jinsab fl-Ajruport ta’ Palermo wara li t-titjira Vueling li kienet skedata dalgħodu sabiex twassal lil kontinġent Malti lura f’Malta minn Barcellona kellha tiġi devjata wara l-inċident traġiku biswiet l-ajruport internazzjonali ta’ Malta fejn l-ajruport tal-MIA għadu magħluq.

Il-kontinġent Malti kien fi triqtu lura Malta wara li nhar is-Sibt li għadda rebaħ kontra Andorra 63-15 fl-ewwel logħba mil-Grupp Conference 1 South tal-kampjonat Ewropew tar-Rugby.

Hu ċert li s-sessjoni ta’ taħriġ tal-lejla li kienet skedata fil-Hiberbians Stadium ġiet posposta.

It-Team Malti tar-Rugby Union immexxi minn Damien Neil se jilgħab issa nhar is-Sibt kontra Ċipru logħba li tibda fis-2pm fil-Hibernians Stadium.

Miktub minn...
TVM Sport
.