It-team nazzjonali ta’ taħt il-21 sena fl-Albanija
Żewġ partiti ta' ħbiberija għaż-żgħażagħ ta' Silvio Vella

Jibda ċiklu ġdid għat-team nazzjonali Malti tal-football ta’ taħt il-21 sena b’żewġ partiti ta’ ħbiberija fl-Albanija: waħda għada u oħra t-Tnejn.

Għal ħafna players li kienu jagħmlu parti mill-iskwadra taħt it-tmexxija tal-coach Silvio Vella, id-draw ta’ 1-1 ix-xahar li għadda kontra Ċipru fil-grupp ta’ kwalifikazzjoni għall-kampjonat Ewropew, kien l-aħħar preżenza fil-kategorija ta’ taħt il-21 sena: b’uħud ma jibqgħux eliġibbli minħabba l-età, u oħrajn promossi għal mat-team nazzjonali tal-kbar.

Għal dawk li baqa’, u għall-uċuħ ġodda fl-iskwadra sperimentali t’għoxrin player imsejħa minn Vella, l-esperjenza fl-Albanija se tkun il-bidu ta’ triq li twassal għal kampanja oħra ta’ kwalifikazzjoni għall-kampjonat UEFA Euro Under 21 tal-2021. Il-poloz tal-gruppi preliminari jitilgħu f’Diċembru.

Iż-żgħażagħ Maltin jiffaċċjaw lill-Albaniżi ta’ taħt il-21 sena f’Durres għada, qabel it-tieni partita ta’ ħbiberija fi Shkoder nhar it-Tnejn.

 

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Fi Stadio Wanda Metropolitano, li fl-1 ta’ Ġunju se jospita l-finali taċ-Champions League, Atletico Madrid għelbu lil Juventus bl-iskor ta’ 2-0. Neqsin għaċ-champions Taljani l-plejers Juan Cuadrado li ilu barra…

Futbol internazzjonali

Paul, partitarju ta’ Liverpool, spjega dan l-inċident stramb u farsesk li għadda minnu lbieraħ fuq stazzjon tat-televiżjoni Ġermaniż, li minħabba fih tilef il-partita f’Anfield kontra Bayern Munich, minħabba li skont…

Futbol internazzjonali

Sami Khedira, il-plejer ta’ Juventus FC u tat-tim nazzjonali tal-Ġermanja, għamel operazzjoni f’qalbu u se jdum barra mil-logħob għal erba’ jew ħames ġimgħat. L-aħbar ħarġet ilbieraħ u kienet waħda li…

Aktar