Futbol lokali
It-telfa kontra Birkirkara twassal biex Darren Abdilla jitlef postu bħala kowċ ta’ Valletta FC

Il-logħba ta’ nhar il-Ħadd li għadda fil-kampjonat BOV Premier kontra Birkirkara li rriżultat f’telfa ta’ 4-1 kienet l-aħħar logħba ta’ Darren Abdilla bħal kowċ ta’ Valletta FC.

Dan ikkonfermaħ Abdilla stess fuq il-paġna personali ta’ Facebook meta stqarr li hu dispjaċut ferm b’din id-deċiżjoni tal-Club belti.

Hu qal kif ma jistax jifhem kif u tneħħa mill-kumitat meta t-team jinsab fl-ewwel post tal-Kampjonat Premier ma’ Floriana u għadu qed jissielet għar-rebħ tal-unuri fosthom il-kampjonat. Abdilla tenna li hu rebaħ l-unika tazza disponibbli s’issa fl-istaġun is-Super Cup u t-team li kien qed imexxi għadu fil-kompetizzjoni tal-FA Trophy wkoll. Il-kowċ tenna li hu dan l-istaġun ta spazju lill-players żgħażagħ kif ukoll irnexxielu jikseb kwalifikazzjoni storika għat-tieni round preliminari tal-UEFA Champions League li wassal lil Club biex jilagħab ukoll fit-tielet round preliminari tal-Uefa Europa League.

Intant Abdilla ħabbar ukoll li minkejja li kien fadallu kuntratt ta’ sentejn oħra, għażel li jċedi l-paga dovuta lilu għal dawn is-sentejn.

 

 

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Il-Malta Football Association għandha reġistrati magħha 845 kuntratt mill-erba’ diviżjonijiet rispettivi tagħha li huma l-Kampjonat BOV Premier, il-Kampjonat BOV tal-Ewwel Diviżjoni, il-Kampjonat BOV tat-Tieni Diviżjoni u l-Kampjonat BOV tat-Tielet Diviżjoni….

Futbol lokali

Il-Malta Football Association se tkun qed tipproponi xenarji differenti dwar kif se jitkomplew il-kompetizzjonijiet domestiċi f’pajjiżna fosthom li dawn jintlagħbu fix-xhur tas-sajf wara l-bibien magħluqa. TVMSport jinsab infurmat li Bjorn…

Futbol lokali

Il-Malta Football Association illum varat proġett ġdid ta’ programm tat-televiżjoni mmirat speċifikament għat-tfal f’dan iż-żmien meta ħafna qedgħin kostretti jqattgu l-ħin tagħhom id-dar. L-għan ta’ dan il-programm bl-isem ta’ ‘Training…

Aktar