Atletika
It-Tellieqa tradizzjonali 10k ta’ Pembroke fil-31 ta’ Marzu

Atletika: Il-Club ta’ Pembroke Atleta se jkun qed jerġa’ jorganizza l-Isports Fun and Fair Festival fil-lokalita’ ta’ Pembroke. L-attivita’ prinċipali se ssir nhar il-Ħadd 31 ta’ Marzu bit-tellieqa tadizzjonali tal-10 kilometri li tibda fit-8.30am. Il-Club se jkun qed jorganizza wkoll il-Walkathon fuq distanza ta’ 5 kilometri li tibda ftit qabel. Fl-istess jum fl-10am isiru t-tlielaq tat-3 kilometri għat-tfal bejn it-12 u l-15 -il sena. F’Konferenza tal-aħbarijiet il-President ta’ Pembroke Athleta Athletics and Triathlon Club Victor Camilleri qal li din is-sena hi edizzjoni speċjali hekk kif il-Club se jkun qed jiċċelebra l-25 anniversarju ta’ dawn it-tlielaq. L-attivita’ ta’ din is-sena se terġa’ tkun organizzata taħt l-awspiċi ta’ Athletics Malta.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Atletika

Lura għall-Atletika iżda mix-xena internazzjonali: Tibqa’ għaddejja s-saga tal-atleta mill-Afrika t’Isfel Caster Semenya. Il-CAS li hu l-ogħla Tribubal tal-Arbitraġġ sportiv ħa deċiżjoni li Caster Semenya għandha tibda proċess mediku sabiex…

Atletika

Atletika: Illum sar l-ewwel meeting li qatt sar f’Malta tal-EAP organizzat mill-Club ta’ Pembroke Athleta taħt l-awspiċi tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-atletika l-MAAA. Fil-Meeting tal-lum fil-Finali tal-100 metru tal-lum fil-Matthew Micallef St…

Aktar