Tennis
It-Tennista Zverev suppost qiegħed f’iżolament iżda…

Tennis: Tkompli l-kontroversja wara l-Adria Tour it-tournament tat-Tennis li organizza it-tennista Serb Novak Djokovic. Illum it-tennista Awstraljan Nick Kyrgios ikkritika bil-qawwa l-atteġjament xejn professjonali tat-tennista Alexander Zverev li meta dan suppost qal li se jkun qed joqgħod f’iżolament mar jiddeverti ġo diskoteka fil-Ġermanja u tella’ l-filmati fuq is-social media.

Zverev kien wieħed mit-tennisti li ħa sehem f’Adria Tour li fih kien hemm xejn inqas minn erba’ players li rriżultaw pożittiv għal Coronavirus fosthom l-organizatur stess Djokovic. Apparti Djokovic irriżultaw pożittivi wkoll Grigor Dimitrov, Borna Coric u Viktor Troicki.

Kyrgios iddeskriva lil Zverev bħala iressponsabbli u tost u li bl-aġir tiegħu qed jitfa’ fil-periklu l-ħajja ta’ dawk ta’ madwaru.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.