Futbol lokali
It-tfajliet Maltin jitilfu l-ewwel logħba tal-grupp kontra Iżrael
Logħob ta’ Kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew U19 2022 
Iżrael U19…….1
Malta U19……0
Gowl waħdani skorjat fit-tieni taqsima minn Roni Levi, kien biżżejjed sabiex Iżrael jirbħu l-ewwel logħba mill-grupp ta’ kwalifikazzjoni għall-kampjonat Ewropew 2022 ta’ taħt id-19-il sena tan-nisa meta fic-Centenary Stadium huma għelbu lil Malta bl-iskor ta’ 1-0.
L-ewwel taqsima kienet nieqsa mill-azzjonijiet tant li seħħet azzjoni waħda li  ħolquha Iżrael meta frikik ċentrali ta’ Stav Arazi sab lil D’Antuono attenta. Bl-ewwel taqsima tagħlaq bl-iskor ta’ 0-0.
Malta fetħu tajjeb it-tieni taqsima tant li fis-47 gminuta tentattiv ta’ Kailey Willis ġiegħel lill-gowlkiper Iżraeljana Yarin Tureski tixħet il-ballun f’korner. Fit-52 minuta, xutt minn barra l-kaxxa ta’ Roni Levi għadda barra. Iżrael marru minn fuq fis-60 minuta meta wara kross mil-lemin ta’ Horvitz , kienet is-sostituta Roni Levi li llobjat il-ballun sabiex qarrqet bil-gowlkiper D’Antuono.
D’Anvtuono kienet attenta fit-73 minuta anke fuq xutt ta’ Horvitz. Min-naħa tagħhom Iżrael ikkontrollaw tajjeb sal-aħħar sabex ħarġu bl-ewwel tliet punti minn dan it-turnament.
Malta: Giulia D’Antuono(GK), Tammy Falzon, Emma Ciantar, Kailey Willis, Maya Lucia, Martina Fenech, Alexandra Gatt(c), Rhea Borg, Ileana Farrugia, Mariah Cardona, Veronique Mifsud.
Iżrael: Yarin Tureski, Yuval Rubinstein, Hili Shalom, Noa Parnafes, Asia Derksen, Noy Bengal,  Keren Or Edri, Shaked Horvitz, Stav Arzi, Maia Sirota, Shani Sirota.

Referi: Emanuela Rusta (Albanija)

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA