Futbol lokali
FILMAT – It-tieni rebħa konsekuttiva għal Birkirkara

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019-20

Birkirkara……….. 3

Tarxien R. ……… 0

Birkirkara kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva biex komplew jinqalgħu min naħa t’isfel tal-klassifika dan wara li huma għelbu lit-tim tal-qiegħ Tarxien Rainbows.

Wara erba’ minuti xutt minn Ntow ġie mdawwar f’korner minn Briffa. Biex fil-ħmistax il-minuta fuq in-naħa l-oħra kross minn Daniel Zerafa sab lil Shaba bid-daqqa ta’ ras tiegħu tgħaddi barra.

Bil-kundizzjonijiet tat-temp jeffettwaw mhux ftit l-andament tal-partita għal ħinijiet twal il-logħob żvolġa f’nofs il-grawnd.

Fil-41 minuta Birkirkara fetħu l-iskor. Enrico Pepe tefa’ kross lejn Isaac Ntow bil-player mill-Ghana ifajjar xutt b’saħħtu li ħabat ma’ Briffa u baqa dieħel fix-xibka.

Fit-52 minuta l-Istripes irduppjaw l-iskor dan hekk kif minn kross ta’ Maurizio Vella kien Federico Falcone li antiċipa lil kulħadd u bir-ras tefa’ fix-xibka.

Fl-64 minuta B’Kara skurjaw it-tielet gowl hekk kif wara li Mambouana niżżel lil Tarabai fil-kaxxa mill-ħdax il-metru kien Caio Prado li kkonverta.

U għaxar minuti wara xutt ta’ Tarabai ġie mdawwar fuq il-lasta u f’korner minn Briffa. Mill-azzjoni ta’ wara xutt ta’ Maurizio Vella u għal darb’oħra dawwar f’korner il-gowlkeeper tar-Rainbows.

Riżultat finali  Birkirkara 3 Tarxien R. 0

Ikkontrolla din il-logħba r-referee  Alex Johnson

Il-player ta’  Birkirkara Isaac Ntow ġie magħżul bħala l-BOV Player tal-Logħba

B’Kara :    A. Hogg, E. Pepe, M. Guillaumier, E. L. Dos Santos (P. Mbong 87’), M. Vella, K. Zammit, R. Briffa, F. Falcone, H. Prado Caio (Y. Yankam 73’) , O. Carniello (G. Bugeja 87’), I. Ntow

Tarxien R.  :   R. Briffa, M. Botta, T. Veronese, D. Mambouana, B. Muscat (A. Azzopardi 55’), G. Camilleri, A. Andrejic, S. Shaba (M. Ciantar 46’) , M. Stanojevic, P. Kanzurov (N. Portelli 83’) , D. Zerafa

Referee:   Alex Johnson

Miktub minn...
Chris Cassar
Aħbarijiet Oħra

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21 Valletta ………….4 Birkirkara……….2 Valletta fetħu l-impenji tagħhom staġjonali b’rebħa diffiċli ta’ 3-2 kontra Birkirkara. Kienet partita klassika bejn żewġ timijiet li mistennija jkunu fost il-protagonisti ewlenin…

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21 Ħamrun Spartans….5 Sirens………………….1 It-Taljani jgħidu, ‘Buona La Prima’. Hu hekk kien għal Hamrun Spartans. Il-Ħamruniżi jistgħu jgħidu li kellhom bidu brillanti tal-Kampjonat BOV Premier 2020/21 meta…

Floriana FC…………2 Gżira United FC……1 Floriana kisbu l-ewwel punti tal-istaġun meta f’logħba sabiħa għelbu lil Gżira 2-1. Gzira ddominaw il-logħba fl-ewwel siegħa tagħha, iżda fl-aħħar nofs siegħa Floriana tjiebu ferm…

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21 SLIEMA W…………………..3 HIBERNIANS……………….1 Sliema Wanderers fetħu l-kampjonat b’rebħa ta’ 3-1 fuq Hibernians. Ftit azzjonijiet u żewġ gowls fl-ewwel taqsima…wara 5 minuti logħob, free-kick dirett li ngħata…

Aktar