Żwiemel
It-tiġrijiet taż-żwiemel fil-korsa ta’ Del Mar fl-Istati Uniti ġew sospiżi wara li 15-il ġerrej instabu pożittivi għall-coronavirus

It-tiġrijiet taż-żwiemel fil-korsa ta’ Del Mar fl-Istati Uniti ġew sospiżi wara li 15-il ġerrej instabu pożittivi għall-coronavirus.

Il-programm ta’ tiġrijiet li kellu jsir fi tmiem il-ġimgħa li ġejja mhux se jkun qed isir.

Il-ġerrejja kollha li kienu se jsuqu fil-korsa ta’ Del Mar, f’Kalifornja, ġew ittesjtati wara li tnejn fost l-aqwa ġerreja li jsuqu żiemel f’kull tiġrija ttestjaw pożittiv.

It-tiġrijiet taż-żwiemel f’Del Mar kienu reġgħu bdew fl-10 ta’ Lulju mingħajr pubbliku.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra

Tiġrijiet taż-żwiemel: Għada l-Ħadd tibda l-akbar kompetizzjoni fil-kalendarju tat-trott Malti hekk kif isiru l-heats tal-BOV Tazza l-Kbira. Għalkemm din il-kompetizzjoni qed issir kważi sitt xhur aktar tard milli previst minħabba…

Iż-żiemel Authentic rebaħ il-Kentucky Derby li saret ilbieraħ f’Churchill Downs. Authentic mar fuq quddiem biex żamm il-kmand sal-aħħar fuq il-favorit Tiz the Law. Iż-żiemel Authentic kien misjuq minn John Velazquez…

Tiġrijiet taż-żwiemel: L-Organizaturi tal-Kentucky Derby kkonfermaw li mhux se jitħallew nies jattendu għall-edizzjoni ta’ din is-sena li se ssir iss fil-5 ta’ Settembru 2020. Dan l-avveniment is-soltu jsir fl-ewwel Sibt…

Nhar il-Ħadd li ġej fil-Korsa tal-Marsa se jsiru 7 finali mill-Kampjonat tas-Sajf MRTL f’ċirkostanzi straordinarji fejn filwaqt li s-soltu nkunu qed nistennew folla ta’ madwar elfejn ruħ minħabba r-restrizzjonijiet imposti…

Aktar