Futbol lokali
It-tim nazzjonali Malti b’ġest ta’ kuraġġ lejn Jurgen Degabriele: “Kien se jkun parti importanti mit-tim għall-partiti li ġejjin” – Ray Farrugia, kowċ nazzjonali

Il-plejers u membri tal-istaff tekniku tat-tim nazzjonali Malti tal-futbol, dalgħodu għamlu ġest ta’ kuraġġ għal Jurgen Degabriele, l-attakkant ta’ Hibernians FC li weġġa’ fil-partita tas-Sibt li għadda mill-Kampjonat BOV Premier kontra St Andrews.

Kull Erbgħa filgħodu, it-tim nazzjonali jiltaqa’ fil-gym tal-Malta Football Association, biex jagħmel sessjoni ta’ taħriġ. Degabriele dejjem kien ikun preżenti u dan inħass sew mill-kollegi tiegħu li f’ritratt li tellgħu fuq il-media soċjali, bagħtu tislija lill-plejer u awgurawlu fejqan u ritorn fil-logħba, malajr kemm jista’ jkun.

Ikkuntattjat minn TVM Sport, il-kowċ nazzjonali Malti Ray Farrugia, wera dispjaċir kbir għal dak li għadda u li għaddej minnu l-plejer.

“Jien plejer kont u naf kemm f’mumenti bħal dawn, il-kuraġġ hu importanti ħafna. Ma tkunx trid min idejqek iżda fl-istess ħin, tibda tapprezza min jagħmel kuntatt miegħek biex jara kif int.

“Illum għamilna ġest importanti lejn Jurgen. Affarijiet żgħar hekk jistgħu jagħmlu differenza kbira lill-plejer tal-futbol,” qal Farrugia.

Mistoqsi minn TVM Sport jekk Jurgen Degabriele kienx se jkun parti mit-tim nazzjonali għall-partiti li ġejjien, Farrugia qal: “Assolutament. Dan kien il-mument perfett tal-plejer biex ikun parti importanti mit-tim fil-partiti li ġejjien,” qal il-kowċ nazzjonali.

Jurgen Degabriele weġġa’ waħdu fil-partita tas-Sibt li għadda li ntlagħbet fis-Centenary Stadium, f’Ta’ Qali u li Hibernians rebħu kontra St Andrews bi skor ta’ 2-1. Fl-inċident, Degabriele deher jipprova jdur mingħajr ballun iżda saqajh baqgħet imwaħħla mal-art.

Esperti mediċi li tkellmu ma’ TVM Sport fil-jiem li għaddew, ikkonfermaw li ċerti injuries jistgħu jiġru fuq kull plejer iżda r-riskju li jiġru fuq art iebsa u mhux imxarrba huma ħafna aktar minn meta plejer jilgħab fuq pitch li jkun jiżloq.

TVM Sport għamel kuntatt ukoll ma’ Jurgen Degabriele li min-naħa tiegħu apprezza ħafna dan il-ġest mingħand il-kollegi tiegħu.

“Affarijiet sbieħ u apprezzajt ħafna. Kull nhar ta’ Erbgħa kont inkun magħhom dejjem. Issa ma nistax. M’hemmx x’tagħmel. Ikolli nistenna sa meta nerġa’ nkun tajjeb għat-taħriġ u biex nilgħab. Nirringrazzjahom kollha,” qal il-plejer ta’ Hibernians FC.

TVM Sport jinsab infurmat li Jurgen Degabriele se jagħmel it-test tal-MRI illum fl-16.00. Minn dan it-test se joħroġ eżattament x’tip ta’ injury għandu u kemm possibbilment se jdum biex jirkupra.

Hibernians FC mistennija jibgħatu lill-plejer f’Ruma, fl-Italja, fil-jiem li ġejjien biex ikun operat.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Taħt għajnejn il-coach Lars Olsen, illum wara nofsinhar is-sessjoni uffiċjali ta’ taħriġ ta’ lejlet il-partita tal-iskwadra tal-Gżejjer Faroe fuq il-ħaxix tal-Istadium Nazzjonali. Fil-mikrofonu ta’ TVMSport, Olsen wera ruħu k unfidenti minn…

Futbol lokali

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena mmexxi mill-kowċ nazzjonali Silvio Vella rebaħ l-ewwel partita kontra t-Turkmenistan bi skor ta’ 2-1. Il-gowls ta’ Malta ġew skurjati minn Zachary Brincat u…

Futbol lokali

Malta tilgħab l-ewwel partiti minn Grupp F tal-kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2020 għada s-Sibt kontra l-Gżejjer Faroe. Din se tkun l-ewwel partita minn tnejn fi tlett ijiem għat-tim nazzjonali. Ray Farrugia,…

Futbol lokali

Il-gowlkiper Jurgen Borg, li bħalissa huwa proprjetà ta’ Gzira United FC u f’dan l-istaġun qiegħed b’self ma’ Żebbug Rangers, ġie kkundannat iħallas is-somma ta’ €14,936 u imgħax ta’ 5% lil…

Aktar