Futbol internazzjonali
It-tim nazzjonali Malti tal-futbol jitla’ sitt postijiet fir-rankings tal-FIFA

It-tim nazzjonali Malti tal-futbol tela’ sitt postijiet fir-rankings tal-FIFA wara l-aħħar sett ta’ logħbiet ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2022.

Malta rebħet kontra Ċipru f’Ta’ Qali 3-0, qablet il-plejers u l-kontinġent tat-tim nazzjonali marru l-Islovenja u r-Russja rispettivament. Għalkemm iż-żewġ logħbiet li segwew wara r-rebħa fuq Ċipru kienu telfiet minimi ta’ 0-1 u 0-2, it-tim Malti xorta tela’ numru ta’ postijiet biex issa jinsab fil-171 post.

B’hekk Malta qabżet lill-Moldova, Puerto Rico, St Vincent and the Grenadines, Guyana u l-Indonesja.

It-tim nazzjonali Malti jerġa’ jkun fl-azzjoni b’żewġ logħbiet oħra ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2022 f’Ottubru li ġej, kontra l-Islovenja u Ċipru.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA