Futbol lokali
It-Tim Nazzjonali tan-Nisa jitlef bl-iskor ta’ 2-1 kontra t-Turkija

It-tim nazzjonali Malti tan-Nisa tilef 2-1 f’partita ta’ ħbiberija mat-Turkija fis-Centenary Stadium.

Il-logħba kienet it-tieni waħda fi spazju ta’ tlitt ijiem wara d-draw ta’ 2-2 mal-Iżvizzera għat-team immexxi mill-coach Mark Gatt kontra żżewġ timijiet nazzjonali li qegħdin Malta għal training camps tax-xitwa. Għat-tfajliet Maltin il-partiti servew ta’ taħriġ għall-impenji tal-ġimgħat li ġejjin fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat UEFA Euro 2021.

Fil-partita tal-lum wara nofsinhar, Torok fil-vantaġġ wara 29 minuta meta minn azzjoni ta’ corner, kienet Esra Erol li skurjat bir-ras mat-tieni lasta.

Ir-risposta tal-Maltin 10 minuti wara: azzjoni mibdija minn Stephania Farrugia, ballun għand Brenda Borg li evitat avversarja qabel qassmet lil Haley Bugeja li daħlet fil-kaxxa u b’konklużjoni verament sabiħa tefgħet fit-rokna tax-xibka.

Il-goal tar-rebħa għat-Turkija wasal f’nofs it-tieni taqsima: ġirja fuq il-lemin u kross għan-nofs minn fejn Kader Hancar minn taħt Janice Xuereb ma fallietx.

 

 

 

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

It-tim nazzjonali Malti tan-nisa ta’ taħt is-16-il sena, illum rebaħ it-tieni partita tiegħu mill-UEFA Youth Girls Development Tournament kontra Ġibiltà bi skor ta’ 2-0. Iż-żewġ gowls ta’ Malta waslu fit-tieni…

Futbol lokali

Hekk kif f’dan tmiem il-ġimgħa ma sarx logħob mill-kampjonati tal-MAFA minħabba l-festi tal-karnival, se nieħdu l-opportunita’ sabiex nagħmlu analiżi ta’ dak li ġara s’issa kemm mill-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni kif ukoll…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 Senglea A…..2 St Lucia……..5 L-ewwel azzjoni tal-partita tara lil Santa Lucia imorru fil-vantaġġ meta freekick ta’ Jamie Zerafa bil-ballun fuq ras Bohrer li tefa’ lejn Corriea…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER Birkirkara …………………2 Hibernians…………………1 Birkirkara komplew bir-riżultati pożittivi tagħhom meta f’logħba ferm mistennija huma għelbu lil Hibernians bl-iskor ta’ 2-1. Birkirkara kien għadhom kemm ġabru 14-il punt fl-aħħar…

Aktar