Futbol internazzjonali
It-tim ta’ Boca Juniors iħalli Buenos Aires fi spettaklu sħiħ

Il-partitarji ta’ Boca Juniors taw tislima kbira lit-tim tagħhom qabel ħalla Buenos Aires fi triqtu lejn Madrid, għall-finali tal-Ħadd li ġej kontra River Plate li ser tintlagħba fis-Santiago Bernabeu. Flimkien mal-kant, il-partitarji anke ħarqu nar tal-ajru, fi spettaklu Arġentin.

Il-finali tal-Copa Libertadores qajmet furur sħiħ meta għall-ewwel darba fl-istorja ta’ din il-kompetizzjoni, fil-finali ltaqgħu żewġ timijiet mill-istess pajjiż. U ma setax ikun hemm finali aktar intensiva u kumbattuta milli jiltaqgħu kontra xulxin it-timijiet ta’ Boca Juniors u River Plate. Il-finali kellha tintlagħab fuq żewġ legs, u għalkemm l-ewwel leg għadda b’wiċċ il-ġid u spiċċa fi dro ta’ 2-2, mhux l-istess jista’ jingħad għat-tieni wieħed. It-tieni leg kellu jiġi sospiż darbtejn, dan wara li l-kowċ li kienet qed twassal lit-tim ta’ Boca Juniors il-grawnd, spiċċat attakkata minn partitarji ta’ River Plate, tant li anke kien hemm xi plejers li weġġgħu, u l-CONMEBOL iddeċidiet li l-logħba la tintlagħab fl-Istadium Municipal ta’ River Plate u lanqas fl-Arġentina.

Għall-ewwel darba, din il-finali ser titnlagħab fl-Ewropa, f’Madrid, nhar il-Ħadd li ġej, u ż-żewġ timijiet għandhom allokati 25,000 biljett kull wieħed, imma huma biss 5,000 biljett li jistgħu jinbiegħu lill-partitarji li jgħixu fl-Arġentina. Dan ifisser li għal-logħba tal-Ħadd, ser ikun hemm ħafna Arġentini li ma jgħixux fil-pajjiż ta’ twelidhom, inkella dawn ser jinbiegħu lil ħafna Ewropej li qed juru interess kbir għal din il-finali.

Jidher li l-gvern tal-Arġentin qiegħed jaħdem mill-qrib mal-gvern Spanjol, b’mod speċjali minħabba l-‘barra bravas’ li huma l-gruppi vjolenti ta’ partitarji li ħafna drabi jxekklu l-logħob fl-Arġentina. Jidher li hemm restrizzjonijiet kbar dwar min jista’ jixtri l-biljetti, imma hemm stennija wkoll li dawn il-‘barra bravas’ imorru Spanja anke mingħajr biljett.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Fil-posticipo li ntlagħab ilbieraħ filgħaxija, Inter u Roma temmew il-logħba fid-dro ta’ 1-1, biex b’hekk Inter żiedu punt fit-tellieqa għat-tielet post, filwaqt li Roma għadhom jittamaw li b’xi mod jaqbżu…

Futbol internazzjonali

Mis-Serie A: Juventus ġew matematikament dikjarati Champions tas-Serie A wara li llum riedu minn tal-inqas punt f’darhom fl-Allianz Stadium kontra Fiorentina. Juventus rebħu bl-iskor ta’ 2-1. Skorers f’dan il-konfront wara sitt…

Futbol internazzjonali

Riżultati Serie A it-33 ġurnata: Parma 1 – 1 Milan Bologna 3 – 0 Sampdoria Cagliari 1 – 0 Frosinone Empoli 2 – 4 SPAL Genoa 0 – 1 Torino…

Futbol internazzjonali

Football Internazzjonali: Mill-Premier League Ingliż Manchester City jirbħu 1-0 kontra t-team li eliminhom mill-UEFA Champions League: Tottenham Hotspur. Fl-Etihad Stadium kien Philip Foden li beda l-logħba mal-ewwel ħdax li skorja…

Aktar