Rugby
It-tim tal-Malta Rugby League ser jieħu sehem fil-Kampjonati Ewropej fit-Turkija

It-tim tal-Malta Rugby League dalgħodu ħalla pajjiżna għal Bodrum, it-Turkija, sabiex jikkompeti f’Diviżjoni D tal-Kampjonati Ewropej tar-Rugby League. F’dawn il-Kampjonati Malta ser tilgħab kontra r-Repubblika Ċeka, l-Olanda u l-pajjiż ospitu, it-Turkija.

B’kollox hemm 19-il plejer li qed jiffurmaw it-tim flimkien mal-coaching staff. L-ewwel logħba tal-Maltin ser tkun il-Ħamis kontra r-Repubblika Ċeka fl-istadium ta’ Bodrum.

It-tim huwa kompost minn dawn il-plejers:

Alfie Jewitt (Ackworth Jaguars, Ingilterra)

Justin Barlogio (DC Slayers, Stati Uniti)

Dean Zammit (Hunslet, Ingilterra)

Christian Briffa (Kampjonat tal-MRL)

Mark Camilleri (Kampjonat tal-MRL)

Shaun Chircop (Kampjonat tal-MRL)

Jeremy Dela (Kampjonat tal-MRL)

Aidan Demicoli (Kampjonat tal-MRL)

Shan Francois Hussain (Kampjonat tal-MRL)

Cameron Brown (Kampjonat tal-MRL)

Russell Bugeja (Kampjonat tal-MRL)

Robin Cutajar (Kampjonat tal-MRL)

Justin Farrugia (Kampjonat tal-MRL)

James Grech (Kampjonat tal-MRL)

Jean Scholey (Kampjonat tal-MRL)

Jean Pierre Zarb (Kampjonat tal-MRL)

Luke Musu (Kampjonat tal-MRL)

Zarrin Galea (Redcliffe Dolphins, Awstralja)

Karl Cassar (Shaw Cross Sharks, Ingilterra)

It-tim huwa mmexxi mill-kowċ Roderick Attard, filwaqt li Anthony Micallef huwa l-manager.

F’kumment li għadda l-kowċ Attard qabel it-tluq tat-tim lejn it-Turkija spjega kif din hija l-ewwel esperjenza tiegħu fit-tmexxija tat-tim u għalkemm il-logħbiet huma ebsin, il-mentalità tat-tim hija waħda rebbieħa.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA