Futbol lokali
It-tim tan-nisa ta’ Birkirkara ser jibda jiddefendi t-titlu kontra t-tim ġdid ta’ San Ġwann

Ittellgħu wkoll il-poloz tal-Kampjonat BOV Premier tan-Nisa li ser ikun fih seba’ timijiet. Il-kampjonat ser jibda fit-28 ta’ Settembru 2021 u jintemm fis-27 t’April 2022. Il-logħbiet tal-Kampjonat ser jintlagħbu nhar ta’ Tlieta u nhar t’Erbgħa, fejn ser jiżdiedu l-logħbiet fis-Centenary Stadium.

Iċ-champions renjanti Birkirkara ser jibdew id-difiża tat-titlu kontra t-tim ġdid ta’ San Ġwann, li ser jiddebutta f’dan l-istaġun.

 

L-EWWEL ĠURNATA

Mtarfa FC – Raiders FC

Mġarr United FC – Kirkop United FC

Birkirkara FC – San Ġwann FC

 

Il-Kampjonat ser jintlagħab fuq tliet rawnds, fejn kull ġimgħa jkun hemm tim li ma jilgħabx minħabba li hemm seba’ timijiet. Ir-rebbieħ tal-kampjonat jikkwalifika biex jieħu sehem fil-UEFA Champions League.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA