Waterpolo
It-timijiet Maltin tal-waterpolo (nisa u rġiel) ser jippruvaw jikkwalifikaw għall-Kampjonati Ewropej li ser isiru s-sena d-dieħla

Fi Frar li ġej it-timijiet Maltin tal-waterpolo tal-irġiel u tan-nisa ser jikkompetu bit-tama li jagħmluha għall-Kampjonati Ewropej tal-Water Polo 2022.

Fil-kategorija tal-irġiel, it-timijiet Ewropej li ġew bejn id-9 u s-16-il rank fl-edizzjoni 2020, ser jieħdu sehem fil-kwalifikazzjoni li hija miftuħa għall-pajjiżi l-oħra kollha. It-tim nazzjonali Malti ser ikun qed jagħmel l-isforz kollu possibbli sabiex jikkwalifika għar-raba’ darba għall-Kampjonati Ewropej.

Fil-kategorija tan-nisa, it-timijiet Ewropej li ġew bejn is-7 u t-12-il rank f’Budapest 2020, ittellgħu fil-polza ma’ tmien nazzjonijiet oħra sabiex ikunu ffurmati tliet gruppi. F’dan il-każ, it-tim nazzjonali Malti tan-nisa ser jipprova jikkwalifika għall-ewwel darba fil-Kampjonati Ewropej.

It-turnew ser jieħu forma ta’ round-robin u jsiru bejn is-17/18-20 ta’ Frar 2022. L-ewwel żewġ timijiet ta’ kull grupp jikkwalifikaw għall-Kampjonati Ewropej tal-Water Polo li ser isiru fi Split, il-Kroazja, bejn is-27 t’Awwissu u l-10 ta’ Settembru tas-sena d-dieħla.

Il-gruppi telgħu hekk:

Irġiel

Grupp A (Slovenja)

Ġermanja, Franza, Żvizzera, Slovenja, u Belġju

Grupp B (Georgia)

Georgia, Slovakkja, Belarus, u Polonja

Grupp Ċ (Malta)

Rumanija, Malta, Litwanja, u Irlanda

Grupp D (Iżrael)

Turkija, Olanda, Ukrajna, Iżrael

 

Nisa

Grupp A (Rumanija)

Slovakkja, Ġermanja, Ukrajna, Rumanija, u Irlanda

Grupp B (Serbja)

Greċja, Serbja, Żvizzera, Turkija, u Belġju

Grupp Ċ (Malta – mill-4 sas-6 ta’ Marzu)

Franza, Iżrael, Portugall, u Malta

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA