Futbol internazzjonali
It-Tipsport Malta Cup Tournament fl-Istadium Nazzjonali minn għada
Jikkompetu tliet timijiet mir-Repubblika Ċeka u wieħed mis-Slovakkja

Iċ-champions tax-xitwa tas-Slovakkja u tliet timijiet mir-Repubblika Ċeka jinsabu Malta biex jilagħbu tournament kwadrangulari għat-Tipsport Malta Cup.

Is-Slovakki ta’ Slovan Bratislava: u Mlada Boleslav, bħalissa fl-għaxar post fis-Superliga Ċeka, flimkien ma’ Zbrojovka Brno u MAS Taborsko mit-Tieni Diviżjoni fir-Repubblika Ċeka, illejla kellhom l-ewwel taħriġ fit-Training Grounds tal-MFA Ta’ Qali, qabel jagħtu l-kick-off għat-tournament għada filgħodu.

It-tournament huwa inizjattiva oħra tal-kumpanija MFA SportsPlus, b’kollaborazzjoni mal-aġenzija Ċeka tal-betting Tipsport. L-erba’ timijiet qed japprofittaw mill-waqfa tal-kampjonati għax-xitwa f’pajjiżhom u jieħdu l-okkażjoni għal kamp qasir ta’ taħriġ fil-klima ferm aktar favorevoli ta’ Malta.

It-Tipsport Malta Cup tiftaħ biż-żewġ semifinali Brno kontra Taborsko, u Boleslav kontra Bratislava, għada fl-Istadium Nazzjonali: bir-rebbieħa jikkontestaw il-finali nhar it-Tnejn wara li t-telliefa jilagħbu għat-tielet post.

Il-partiti kollha se jintwerew diretti fir-Repubblika Ċeka u fis-Slovakkja.

L-Erbgħa u l-Ħamis filgħaxija mbagħad l-erba’ timijiet se jkunu mpenjati f’partiti ta’ ħbiberija ma’ Hibernians, Floriana, Balzan, u Gżira Utd, dejjem fl-Istadium Nazzjonali.

Programm Tipsport Malta Cup

Is-Sibt – Stadium Nazzjonali

11:00 FC Zbrojovka Brno – FK MAS Taborsko

13:30 FK Mladá Boleslav – SK Slovan Bratislava

It-Tnejn – Stadium Nazzjonali

11:00 Partita għat-3 Post

13:30 Finali

 

Partiti ta’ ħbiberija

L-Erbgħa – Stadium Nazzjonali

18:00 FC Zbrojovka Brno – Hibernians

20:00 FK MAS Taborsko – Floriana

Il-Ħamis – Stadium Nazzjonali

18:00 FK Mladá Boleslav – Balzan

20:00 SK Slovan Bratislava – Gżira Utd

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

West Ham United komplew telgħin aktar il-fuq fil-klassifika tal-Kampjonat Premier dan wara li l-bieraħ huma għelbu lil Fulham bl-iskor ta’ 3-1. Kienu Fulham li fetħu l-iskor wara biss tlett minuti…

Futbol internazzjonali

Chelsea ġew sospiżi għal żewġ transfer windows mill-FIFA u mwaħħla 600,000 frank żvizzeru wara li nstabu ħatja li kisru Artiklu 19 tar-regolamenti dwar reġistrazzjonijiet tal-plejers. Il-FIFA qalu li Chelsea kisru…

Futbol internazzjonali

Illum wara nofsinhar telgħu l-poloz tal-aħħar sittax tal-kompetizzjoni tal-UEFA Europa League. L-ewwel leg jintlagħab fis-7 ta’ Marzu mentri t-tieni leg jintlagħab fl-14 ta’ Marzu. Il-poloz kollha huma dawn: Chelsea –…

Futbol internazzjonali

Il-UEFA ħarġet stqarrija dwar l-użu tal-VAR fil-logħba tar-Round tas-16 taċ-Champions League nhar l-Erbgħa li għadda, fejn Manchester City barra minn darhom għelbu lil Schalke bl-iskor ta’ 3-2. Dan wara li…

Aktar