Futbol internazzjonali
It-Tlieta jitilgħu l-poloz tal-Conference League

It-Tlieta jitilgħu l-poloz tal-ewwel rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-ewwel edizzjoni tal-UEFA Europa Conference League.

Din il-polza tinteressa lit-tliet klabbs Maltin, Birkirkara, Gżira United u Mosta.

Birkirkara jinsabu fi Grupp 2 u mhux seeded fejn l-avversarji tagħhom jistgħu jkunu La Fiorita ta’ San Marino, Santa Coloma ta’ Andorra, Coleraine tal-Irlanda ta’ Fuq, u Domzale tas-Slovenja.

Gżira United huma seeded fi Grupp 7 fejn l-avversarji tagħhom jistgħu jkunu Sant Julia ta’ Andorra, Glentoran tal-Irlanda ta’ Fuq, Bohemians tal-Irlanda u Zalgiris tal-Litwanja.

Mosta mhux seeded fi Grupp 8 fejn jistgħu jiġu kontra Runavik tal-Gżejjer Faroe, Leipaja tal-Latvja, Spartak Trnava tas-Slovakkja, Dundalk tal-Irlanda u Breidablik tal-Iżlanda.

Il-logħbiet ta’ dan ir-rawnd jintlagħbu fit-8 u 15 ta’ Lulju.

Miktub minn...
Chris Cassar