Olimpijadi TOKYO 2020
It-tmexxija ta’ Biden favur li l-Logħob Olimpiku fil-Ġappun isir xorta

Id-Deputat Segretarju responsabbli mil-media fil-White House, Karine Jean-Pierre, assigurat li l-amministrazzjoni ta’ Biden se tkun qed tissaportja l-Loghob Olimpiku u Paralimpiku organizzat f’Tokyo minkejja li bosta qed isejjħu għall-kanċellazzjoni minħabba r-rata baxxa ta’ vaċċinazzjonjiet fil-pajjiz.

Gazzetta maġġuri fil-Ġappun, Asahi Shimbun fl-editorjal tagħha, nhar l-Erbgħa sejħet għall-kanċellazzjoni tal-logħob li se jibda f’ inqas min xahrejn ohra.

“Irrispetajna d-deċizjoni li l-Logħob Olimpiku jsir f’data aktar tard, u nifhmu l-konsiderazzjonijiet li l-Gvern Ġappuniż flimkien mal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali qed jieħdu għal-Logħob Olimpiku f’Tokyo li huma wara l-kantuniera” qalet Jean-Pierre.

“Għalhekk il-Gvern Ġappumiż qed jisħaq li s-saħħa pubblika tibqa’ prijorita’ prinċipali, waqt li jospitaw il-logħob. Tokyo assigurawna li se jibqgħu f’kuntatt ma’ Washington waqt li l-pjanijiet jibqgħu fis-seħħ u l-President bi kburija jissaportja lil atleti Amerikani li tħarġġu għal dan l-logħob u se jikkompetu fl-aqwa tradizzjonjiet tal-ispirtu Olimpiku” temmet tgħid il-kelliema għall-White House.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.