Olimpijadi TOKYO 2020
It-torċa olimpika tirritorna fit-toroq ftit aktar minn ġimgħa qabel ma jibdew l-Olimpjadi

It-torċa olimpika rritornat lura fit-toroq hekk kif tinsab għaddej mill-gżejjer ta’ Tokjo. F’dawn l-aħħar jiem dawk li kienu qed iġorru t-torċa olimpika kienu qed jiltaqgħu fi spazji magħluqa għall-pubbliku minħabba l-istat t’emerġenza li hemm fil-kapitali Ġappuniża.

Matul il-ġurnata tal-Ħamis diversi persuni bdew jgħaddu t-torċa olimpika minn persuna għall-oħra, quddiem ġemgħa żgħira ta’ nies li nġabret biex issegwi. Minn hemmhekk it-torċa olimpika ser timxi lejn il-villaġġ ta’ Mikurajima, u jkun fadlilha biss ġimgħa qabel tasal fl-Istadium Olimpiku ta’ Tokjo biex jingħata bidu għall-Olimpjadi fit-23 ta’ dan ix-xahar.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA