Tazza tad-Dinja 2018
It-trofew tat-Tazza tad-Dinja jasal f’Moska, ir-Russja

Meta fadal inqas minn ħmistax sabiex tibda din il-kompetizzjoni ta’ spettaklu ta’ futbol, it-trofew li fil-15 ta’ Lulju se jkun merfugħ mit-tim rebbieħ, wasal f’Moska fejn kien preżentat quddiem il-pubbliku.

L-istilla Ġermaniż Lothar Matthaus kixef dan it-trofew flimkien m’uffiċjali tal-FIFA u tal-Federazzjoni Russa fi Pjazza Manezhnaya li tinsab maġenb il-Kremlin. It-Tazza tad-Dinja, li tibda nhar il-Ħamis 14 ta’ Ġunju, se tintlagħab fi tnax-il stadium differenti, mifruxa fi 11-il belt differenti madwar ir-Russja.

Il-logħob inawgurali se tintlagħab fil-Luzhniki Stadium bejn ir-Russja u l-Arabja Sawdija fl-14 ta’ Ġunju. Il-logħob kollu ta’ din il-kompetizzjoni se tkunu tistgħu ssegwuh dirett fuq l-istazzjonijiet nazzjonali TVM u TVM2.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Aktar