Tazza tad-Dinja 2018
It-Tuneżini jiftehmu mal-goalkeeper biex taparsi jweġġa’ biex jitrejqu fir-Ramadan

Tazza tad-Dinja 2018: Ir-Ramadan ta’ din is-sena ma’ tantx ħabat tajjeb għall-pajjiżi Musulmani li għandhom it-team Nazzjonali tagħhom li kkwalifika għat-Tazza tad-Dinja. Fost dawn hemm it-team Nazzjonali tat-Tuneżija li fl-aħħar żewġ logħbiet ta’ ħbiberija kellhom jaraw kif jitrejqu wara li tinżel ix-xemx.

Filfatt fl-aħħar żewġ logħbiet bi preparazzjoni għat-Tazza tad-Dinja kontra l-Portugall u kontra t-Turkija rispettivament il-goalkeeper Tuneżin Mouez Hassen waqa’ mal-art taparsi imweġġa’ sabiex jagħtu ċans lill-players jixorbu u jnaqqru ftit tamal biex jitrejqu. Il-Goalkeeper fiż-żewġ logħbiet għamel żewġ minuti mal-art eżatt mal-bidu tat-tieni taqsima ftit jew wisq fil-ħin wara inżul ix-xemx meta l-Musulmani jistgħu jitreqju.

L-aħħar logħba ta’ ħbiberija bi preparazzjoni għat-Tazza tad-Dinja issa hi nhar is-Sibt 9 ta’ Ġunju kontra Spanja ħamest ijiem eżatt qabel tmiem ir-ramadan fejn il-goalkeeper hu mistenni li jerġa’ jagħmel l-istess.

Fortunatament għall-players ir-Ramadan jintemm fl-14 ta’ Ġunju hekk kif l-ewwel logħba tat-Tuneżija fi grupp G kontra l-Ingilterra hi skedata għat-Tnejn 18 ta’ Ġunju. Fil-Grupp tat-Tuneżija hemm ukoll il-Belġju u l-Panama.

 

.

Miktub minn...
Sandro Micallef
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Sports Panorama.
Aħbarijiet Oħra
Tazza tad-Dinja 2018

Il-Qorti ta’ Moska ilbieraħ bagħtet 15-il ġurnata ħabs lil waħda mill-erba’ persuni li nvadew il-pitch matul il-finali tal-Ħadd li għadda bejn Franza u l-Kroazja. Erba’ persuni invadew il-pitch matul il-finali…

Tazza tad-Dinja 2018

Merħba ta’ eroj anke għat-team nazzjonali tal-Kroazja mal-wasla lura Zagreb wara li kontra kull aspettattiva ġie t-tieni fit-Tazza tad-Dinja fir-Russja fejn tilef biss fil-finali kontra Franza. Minkejja t-telfa, it-team Kroat…

Tazza tad-Dinja 2018

L-għada li ġew inkurunati champions ġodda tad-dinja, ritorn trijonfali fil-kapitali Pariġi għall-iskwadra nazzjonali Franċiża tal-football. Eluf kbar ta’ partitarji laqgħu l-iskwadra l-ajruport Charles de Gaulle imma l-akbar merħba lill-players u…

Tazza tad-Dinja 2018

Qabel saret iċ-ċerimonja tal-għoti tal-midalji u eventwalment it-tazza lir-rebbieħa, ingħataw midalji lill-plejers li ddistingwew ruħhom f’din l-edizzjoni tar-Russja 2018. Inċidentalment, il-plejers li rebħu l-unuri lagħbu mat-timijiet li waslu sas-semifinali ta’…

Aktar