Ix-xahar li ġej jista’ jkollna rekord ġdid ta’ veloċità permezz ta’ Tuk Tuk

Li tipprova ssib tarf fit-traffiku ta’ Londra f’ġurnata bix-xita diġa’ hija missjoni pjuttost diffiċli, aħseb u ara li tipprova twaqqaf rekord ta’ veloċità permezz ta’ Tuk Tuk. Dan huwa dak li qiegħed jipprova jagħmel Matt Everard, li fil-ġimgħat li ġejjin ser ikollu l-aktar Tuk Tuk veloċi fid-dinja. Fl-aħħar ħames xhur, Everard nefaq aktar minn €23,000 biex irranġa Tuk Tuk li ġab mit-Tajlandja permezz t’eBay. Aktar minn hekk, huwa qed jippjana li x-xahar id-dieħel itellaq bih fl-ajruport ta’ Yorkshire, bit-tama li jtella’ veloċità t’aktar minn 160 kilometru fis-siegħa.

Sal-lum il-ġurnata, ir-rekord l-aktar veloċi ta’ Tuk Tuk huwa ta’ 109.5 kilometri fis-siegħa, imma Everard qiegħed jisħaq li bi ftit tibdil tekniku, kif ukoll jekk hu jnaqqas mill-piż, jirnexxielu mhux biss jikser dan ir-rekord imma jasal anke sa 160 kilometru fis-siegħa. Sabiex jikser ir-rekord, Everard ma jistax ikun waħdu fit-Tuk Tuk, imma diġa’ għażel lil kuġinuh Russell Shearman sabiex jgħinu jilħaq l-għan tiegħu.

It-Tuk Tuk ta’ Matt Everard kien manifatturat fl-1971, u l-Ingliż bidillu l-magna two-stroke 350cc, u minflok poġġielu magna Daihatsu 130cc fuel-injected. Din il-magna tista’ tlaħħaq mill-għallinqas 145 kilometru fis-siegħa. L-idea t’Everard mhijiex biss li jikser ir-rekord, imma li permezz t’hekk jiġbor fondi għall-karità, bil-flus ser imorru għall-proġett li ser jiswa madwar €21 miljun sabiex jinbena Ospizju ġdid f’Essex.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Boxing

Boxing: Is-Sibt filgħaxija attivita’ ferm mistennija ‘Networking Fightclub’ organizzata minn Prize Boxing Promotions taħt l-iskrutinju tal-Malta Boxing Association. Illum sar il-Weigh-in tal-20 boxer li se jiġġieldu fl-għaxar ġlidiet ta’ għada. Fost…

GSSE 2019

Jumejn ‘il bogħod mill-ftuħ uffiċjali tat-18 -il edizzjoni tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa li se jsiru fil-Montenegro u jkompli jintensfika t-taħriġ ta’ diversi atleti Maltin. F’Malta waslet ukoll l-isprinter Charlotte Wingfield…

Local Sports

Bejn Ottubru 2018 u Mejju 2019, madwar 1500 student minn Malta u Għawdex ipparteċipaw f’programm edukattiv/sportiv li jippromwovi l-importanza ta’ dieta tajba u l-eżerċizju fiżiku. Intużaw iż-żwiemel bħala mezz ta’…

Aktar