Futbol internazzjonali
UEFA Nations League: It-team nazzjonali llum jitlaq għal konfront doppju fil-Kosovo u l-Ażerbajġan

Ilbieraħ f’Ta’ Qali saret l-aħħar sessjoni ta’ taħriġ għat-team nazzjonali Malti qabel illum jitlaq lejn Pristina għall-ewwel minn żewġ konfronti away fi Grupp D3 tal-UEFA Nations League. Nhar il-Ħamis Malta tiffaċċja lill-Kosovo: qabel l-iskwadra tmur Baku biex il-Ħadd tilgħab kontra l-Ażerbajġan. S’issa Malta kisbet punt wieħed minn żewġ partiti f’din il-kompetizzjoni ġdida tal-UEFA li tqassam in-nazzjonijiet f’diviżjonijiet u gruppi skont ir-ranking tagħhom: minn draw ta’ 1-1 f’Ta’ Qali mal-Ażerbajġan: wara telfa ta’ 3-1 fid-debutt away ukoll kontra l-Gżejjer Faroe. Il-coach Ray Farrugia jaf li se jkun impenn doppju diffiċli, partikolarment kontra l-Kosovo li huma entità ġdida fil-football internazzjonali.

Għall-partita kontra l-Kosovo Farrugia se jkollu jgħaddi mingħajr Joseph Zerafa, sospiż, li b’danakollu mbagħad ikun disponibbli għal kontra l-Ażerbajġan. Neqsin ukoll iż-żewġ players ibbażati barra: Zach Muscat, imweġġa’, u Luke Gambin, li wera x-xewqa li jitħalla barra mill-iskwadra biex jissetilja mal-club ġdid tiegħu fl-Ingilterra. Kosovo – Malta nhar il-Ħamis fid-20:45, u Ażerbajġan – Malta l-Ħadd fis-18:00, se jkunu t-tnejn diretti fuq TVM2.

Miktub minn...
Sandro Micallef
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Sports Panorama.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-winger ta’ Manchester City, Raheem Sterling, akkuża lill-media li hija kompliċi fl-abbużi razzjali li hu u plejers oħra qiegħed ikollhom fil-logħbiet tal-Kampjonat Premier Ingliż. Fil-logħba tas-Sibt kontra Chelsea, fi Stamford…

Futbol internazzjonali

Għada filgħaxija tiġi fi tmiemha l-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League, bi Grupp Ċ jibqa’ l-aktar grupp interessanti meta kollox ser jiġi deċiż fl-aħħar ġurnata għaliex s’issa l-ebda tim għadu m’għamilha…

Futbol internazzjonali

Fil-posticipo fl-Italja, Milan u Torino ħadu punt kull wieħed meta f’San Siro l-logħba spiċċat fi dro ta’ 0-0. B’dan id-dro, Milan jinsabu waħedhom fir-raba’ post tal-klassifika b’26 punt, punt biss…

Futbol internazzjonali

It-tim Arġentin ta’ River Plate huma r-rebbieħa tal-Copa Libertadores 2018. Huma kellhom jiġu minn gowl minn taħt biex dawru l-logħba u fil-ħin barrani għelbu lit-tim ta’ Boca Juniors bl-iskor ta’…

Aktar