Futbol internazzjonali
Iż-żgħażagħ Maltin isofru t-tieni telfa mal-Montenegro f’logħba ta’ ħbiberija

Montenegro U16………1

Malta U16………………..0

Malta tilfet it-tieni logħba ta’ ħbiberija kontra l-Montenegro 0-1 fl-FC Kom Stadium. Għaż-żgħażagħ Maltin dan il-konfront kien aktar missielet, u għalkemm ma skurjaw l-ebda gowl, sofrew gowl wieħed biss. Il-gowl wasal fit-23 minuta meta mill-corner ta’ Vukanic, Scepanovic bir-ras tefa’ wara Scicluna.

Il-logħba kienet ikkontrollata mir-referee Dejan Cimbaljevic.

Fl-ewwel logħba Malta kienet tilfet 3-7.

Il-formazzjoni tat-tim Malti: Jake Scicluna(GK), Fardell Kewell, Shaun Carabott, Nic Briffa, Lucas Okeke, Kean Scicluna, Nicholas Agius, Liam Delicata(c), Felippe Bugeja, Jake Azzopardi, Bradley Farrugia

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA