Futbol internazzjonali
Iż-żgħażagħ Maltin tal-U19 b’wirja qalbiena kontra l-Belġju fi dro ta’ 1-1

Belġju…..1

Malta……1

It-Tim Nazzjonali Malti tal-U19, f’wirja qalbiena, irnexxielu jieħu punt kontra l-qawwa tal-Belġju, meta fis-Centenary Stadium ir-riżultat finali kien dak ta’ 1-1. Din kienet it-tieni logħba għal pajjiżna fit-tournament li fih Malta ħarġet telliefa fl-ewwel logħba kontra Franza, imma s-Sibt, il-plejers tal-kowċ Winston Muscat reġgħu kienu ddixplinati ħafna, b’mod speċjali fid-difiża.

Kienu l-Maltin li marru fil-vantaġġ mal-11-il minuta. Kien il-cross ta’ Satariano mix-xellug, id-difensur Brendan Schoonbaert prova jikklerja imma spiċċa tefa’ fix-xibka tiegħu stess għal 1-0. Il-Belġju kellhom ċans li jġibu d-dro 4 minuti wara meta Sylla waqqa’ lil Kargbo fil-kaxxa, bir-referee jsaffar għall-penalty, imma mill-11-il metru Baiye tefa’ barra. Eżatt qabel il-mistrieħ il-Belġju għamlu l-iskor indaqs meta din id-darba Schoonbaert skorja fil-lasta t-tajba, meta bir-ras tefa’ fix-xibka wara corner, bir-riżultat ikun 1-1.

Fit-tieni taqsima l-Maltin pruvaw ikunu avventurużi bil-kontrattakk, biss fuq id-difża l-goalkeeper sostitut Cain Formosa kellu jkun fl-aqwa tiegħu biex salva xi tentattivi tal-Belġjani li kienu destinati għal ġewwa.

Riżultat finali: Belġju 1  Malta 1

Referee: Duje Strukan (KRO)

Malta issa jmissha tilgħab l-aħħar logħba ta’ dan it-tournament nhar it-Tlieta li ġej kontra l-Litwanja, logħba li wkoll tintlagħab fis-Centenary Stadium.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Fi Stadio Wanda Metropolitano, li fl-1 ta’ Ġunju se jospita l-finali taċ-Champions League, Atletico Madrid għelbu lil Juventus bl-iskor ta’ 2-0. Neqsin għaċ-champions Taljani l-plejers Juan Cuadrado li ilu barra…

Futbol internazzjonali

Paul, partitarju ta’ Liverpool, spjega dan l-inċident stramb u farsesk li għadda minnu lbieraħ fuq stazzjon tat-televiżjoni Ġermaniż, li minħabba fih tilef il-partita f’Anfield kontra Bayern Munich, minħabba li skont…

Futbol internazzjonali

Sami Khedira, il-plejer ta’ Juventus FC u tat-tim nazzjonali tal-Ġermanja, għamel operazzjoni f’qalbu u se jdum barra mil-logħob għal erba’ jew ħames ġimgħat. L-aħbar ħarġet ilbieraħ u kienet waħda li…

Futbol internazzjonali

Illum jidħlu fl-azzjoni l-aħħar timijiet li jiffurmaw il-grupp tal-aħħar sittax tal-Uefa Champions League. Fil-Wanda Metropolitano Stadium, l-istess post li fih fl-1 t’ Ġunju ser tintlagħab il-finali, illejla Atletico Madrid jospitaw…

Aktar