Żwiemel
Iż-żiemel Serpentine jirbaħ l-Epsom Derby

Iż-żiemel Serpentine kellu wrja eċċellenti biex rebaħ it-tiġrija Epsom Derby u b’hekk, it-trainer Aidan O’Brien sar l-aktar trainer ta’ suċċess fl-Istorja tat-tlielaq taż-żwiemel tal-galopp.

Serpentine kien kwotat 25 għal waħda u ħa vantaġġ kmieni fuq quddiem fuq il-favoriti tat-tiġrija.

Serpentine kien misjuq mill-ġerrej Emmet McNamara.

It-tiġrija saret f’korsa vojta minħabba l-pandemija tal-COVID-19.

Ir-riżultat kompla jkun aktar sorprendenti hekk kif iż-żiemel Khalifa Sat, kwotat 50 għal waħda u Amhran Na Bhfiann, kwotat 66 għal waħda, temmew fit-tieni u t-tielet post, rispettivament.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Żwiemel

It-tiġrijiet taż-żwiemel fil-korsa ta’ Del Mar fl-Istati Uniti ġew sospiżi wara li 15-il ġerrej instabu pożittivi għall-coronavirus. Il-programm ta’ tiġrijiet li kellu jsir fi tmiem il-ġimgħa li ġejja mhux se…

Żwiemel

Wara waqfa ta’ kważi 4 xhur dovuta għall-pandemija Covid19, nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Lulju se jitkompla l-istaġun tat-tiġrijiet taż-żwiemel hekk kif jibda l-Kampjonat tas-Sajf. L-MRC ħabru li għat-tielet sena konsekuttiva,…

Żwiemel

Tħabbret il-mewt ta’ Liam Treadwell, ġerrej popolari fir-Renju Unit. Hu kellu 34 sena. Treadwell jibqa’ famuż l-aktar għar-rebħa li kien għamel biż-żiemel Mon Mome, kwotat 100 għal 1, fil-Grand National…

Żwiemel

Jirritornaw it-tlielaq taż-żwiemel fl-Istati Uniti. Fil-Belmont Park ta’ New York kulħadd kien qiegħed iħares lejn iż-żiemel Fauci, li iżda sfortunatament iddiżappunta lil dawk li lagħbu fuqu għaliex spiċċa fit-tieni post…

Aktar