Waterpolo
Izzo: ‘L-Iktar darba li nħoss li ppreparajna tajjeb’ Nhar it-Tlieta fis-1pm kontra Spanja diretta fuq TVM2

Hekk kif nhar it-Tlieta it-team Nazzjonali Malti tal-Waterpolo jidebutta bl-ewwel logħba tiegħu fil-kampjonat ewropew tal-LEN f’Budapest, il-kowċ Nazzjonali Karl Izzo ħabbar il-lista ta’ 13 -il player inkluż żewġ goalkeepers li nhar il-Ħadd se jħallu Malta lejn l-Ungerija.

Deċiżjoni diffiċli ta’ Izzo li kellu jħalli barra ħames players li kienu fl-iskwadra estiża 18 -il player li kienu qed jitrrenjaw b’mod intensiv fl-aħħar tliet xhur fosthom ħalla barra liż-żagħżugħ Jake Muscat u l-goalkeeper Jake Tanti.

Izzo qal li din hi l-iktyar darba fi tliet edizzjonijiet li jħoss hu preparat tajjeb bi friendlies f’Ostia kontra teams Nazzjonali U210 tal-Italja u s-Serbja, kontra Palermo Telimar u kontra l-Ortigia home u away.

L-Iskwadra finali hija din:

1. Nicholas Grixti GK
2. Jerome Gabaretta
3. Andreas Galea
4. Gabriel Pace
5. Darren Zammit
6. Matthew Zammit
7. Stevie Camilleri
8. Jordan Camilleri
9. Jeremy Abela
10. Aurelien Cousin
11. Ben Plumpton
12. Dino Zammit
13. Alan Borg Cole GK

Minn dawn il-players hemm 10 players li lagħbu wkoll fl-aħħar edizzjoni tal-kampjonat ewropew f’Barcelona.

Fil-Konferenza Stampa tkellem il-President tal-ASA Joe Caruana Curran li spjega kif l-aspettativa f’dan il-kampjonat hija t-tieni logħba tal-grupp kontra t-Turkija wara l-logħba inawgurali ta’ Grupp Ċ kontra Spanja. Fatt interessanti hu li fiż-żewġ edizzjonijiet preċedenti kemm f’Belgrad u f’Barcelona Malta fil-grupp affaċja t-team tal-pajjiż ospitu.

Preżenti wkoll fil-konferenza Stampa Stevie Camilleri captain tat-team li għal sena oħra qed jilgħab ma’ Roma Nuoto li qal li jħoss li meta kkumparat mal-edizzjoni ta’ Barcelona t-team u iktar magħqud u preparat tattikament.

Matthew Zammit wieħed mill-iktar players veterana fit-team tenna li minkejja li anke hu jinsab f’nofs il-kampjonat għaliex qed jilgħab ukoll fl-A1 fl-Italja ma’ Palermo Telimar
hu jħossu fiżikament tajjeb, l-istess bħal sħabu l-players Maltin li lkoll ippreparaw bis-sħiħ bi training kważi darbtejn kuljum minn Ottubru li għadda.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Waterpolo

Il-finali tal-kampjonat Ewropew tal-waterpolo tal-Len 2020 se tixxandar diretta llejla fuq TVM2 fis-19.00 b’kummentarju ta’ Sandro Micallef. Il-finali se tintlagħab bejn l-Ungerija, li ospitaw dawn il-kampjonati u Spanja. It-tim nazzjonali…

Waterpolo

KAMPJONAT EWROPEW LEN 2020 Malta ………9 Olanda……19 (2-5), (2-5), (2-4), (3-5) Telfa fil-ħames u l-aħħar logħba għat-team Nazzjonali Malti tal-waterpolo fl-34 edizzjoni tal-kampjonat tal-LEN f’Budapest. Logħba li l-Maltin kien qed…

Waterpolo

L-Erbgħa fl-10am se tkun il-ħames u l-aħħar logħba tat-team Nazzjonali Malti tal-Waterpolo ta’ din l-34 edizzjoni tal-kampjonat Ewropew tal-LEN li qed isir f’Budapest l-Ungerija. Ma kienux għaxart’ijiem faċli għall-players u…

Aktar