Futbol lokali
Jackson Lima jingħaqad ma’ Marsa

L-ex plejer ta’ Hibernians, Sliema Wanderers u Gudja Utd, Jackson Lima sar plejer tal-klabb tal-Ewwel Diviżjoni Marsa.

Il-midfielder Brażiljan, fl-istaġun li għadda lagħab f’Għawdex ma’ Xewkija Tigers FC.

Lima ta’ 38 sena kien inġieb f’Malta minn Hamrun Spartans u magħhom ma’ lagħab qatt.

Lima se jkompli jsaħħaħ l-iskwadra bil-għan li jakkwistaw il-promozzjoni għall-kampjonat BOV Premier.

Miktub minn...
TVM Sport