Futbol internazzjonali
Jadon Sancho jersaq pass eqreb lejn Manchester United

Il-winger ta’ Borussia Dortmund Jadon Sancho ftiehem ma’ Manchester United dwar il-paga li ser jaqla’ f’Old Trafford. Iż-żagħżugħ t’20 sena għamilha ċara ma’ Dortmund li jixtieq jirritorna l-Ingilterra matul dan is-sajf u Manchester United ilhom fuq quddiem fit-tellieqa għalih għal din l-aħħar sena u nofs. Jidher li Sancho ser ikun qiegħed jaqla’ salarju ta’ xejn inqas minn £220,000 fil-ġimgħa.

Għalkemm jidher li hemm ftehim bejn Manchester United u l-plejer, mhux l-istess jista’ jingħad għall-ftehim bejn il-klabbs għaliex Dortmund ma jridux iraħħsu l-prezz ta’ £108 miljuni li bih qed jivvalutaw il-plejer. Biss ir-Red Devils tant iridu jakkwistaw lil Sancho li lesti jħallsu dan l-ammont fi tliet pagamenti separati.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra

MALTA ………….0 DANIMARKA….8 EURO 2021 TAN-NISA Telfa kbira ta’ 8-0 għal Malta kontra d-Danimarka illejla fis-Centenary Stadium. It-telfa hija s-sitt waħda għat-tfajliet Maltin minn tmien logħbiet s’issa fi Grupp B:…

Il-partitarji ta’ Seville qed jiġu ttestjati kontra l-COVID-19 hekk kif jinsabu fi triqithom lejn l-Ungerija għall-finali tas-Super Cup tal-Ħamis li ġej kontra Bayern Munich. Il-partitarji se jitħallew jidħlu jsegwu l-finali…

L-attakkant ta’ Barcelona Luis Suarez laħaq ftehim mal-klabb tiegħu biex itemm il-kuntratt tiegħu u jibda wieħed ġdid ma’ Atletico Madrid. Din l-aħbar ħarġu biha l-media Spanjola. Suarez u t-tielet l-aħjar…

Arturo Vidal huwa uffiċjalment plejer ta’ Inter hekk kif il-klabb Taljan laħaq ftehim ma’ Barcelona dwar il-plejer Ċilen. L-aħbar għamluha uffiċjali ż-żewġ klabbs. Inter ħallsu miljun ewro biex iffirmaw lill-midfielder…

Aktar